“Ħdax-il jum ieħor il-pajjiż irid jagħmel għażla ċara, jew Joseph Muscat jew koalizzjoni ta’ konfużjoni” – One News

“Ħdax-il jum ieħor il-pajjiż irid jagħmel għażla ċara, jew Joseph Muscat jew koalizzjoni ta’ konfużjoni”

“Ħdax-il jum ieħor il-pajjiż irid jagħmel għażla ċara, jew lil Joseph Muscat jew il-koalizzjoni ta’ konfużjoni.”

Koalizzjoni li spjega l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’mass rally f’Ħaż-Zebbuġ li ma taqbel xejn, l-aktar koppja instabbli f’pajjiżna. U dan qal il-Prim Ministru mhux qed jgħidu hu iżda qed jgħiduh huma stess fi kliemhom.

“Waħda ma tridx il-kaċċa fir-rebbiegħa, u l-ieħor jgħid li jinsab mal-kaċċaturi. Waħda tgħid li kompletament kontra kull forma ta’ race tracks, u l-ieħor ma jikkommettix ruħu. Min-naħa l-oħra aħna dejjem konna ċari fil-pożizzjonijiet tagħna u dejjem għedna l-verita.”

Il-Mexxej Laburista tenna li dak li llum qed nidħku dwaru, jekk il-koalizzjoni ta’ konfuzjoni tkun fil-Gvern dawn l-affarijiet ma jibqgħux tad-daħk.

“Din il-koppja tibda tieħu d-deċiżjonijiet għalik dwar il-pensjoni, x-xogħol u dwar uliedek,” spjega Muscat u għalhekk saħaq il-Mexxej Laburista jeħtieġ li kull persuna toħroġ tivvota biex il-pajjiz ikompli jimxi ‘l quddiem.

“Vot li ma jinġabarx ikun vot għall-koalizzjoni ta’ konfuzjoni, għalhekk inħeġġiġkom biex nhar it-tlieta ta’ Ġunju tivvottaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend