Vot lill-PN huwa theddida għad-drittijiet – One News

Vot lill-PN huwa theddida għad-drittijiet

Il-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għall-ugwaljanza u d-drittijiet umani.

Dan sostnietu mal-gazzetta t-Torċa Mia Sundelin, President ta’ Rainbow Rose, organizazzjoni li tiġbor fi ħdanha persuni LGBTI minn madwar l-Ewropa. 

Sundelin li qed issegwi wkoll l-andament elettorali f’pajjiżna qalet,

“Vot lill-Partit Laburista fit-tlieta ta’ Ġunju ifisser li Malta se tkompli tmexxi lill-Ewropa u lid-dinja fejn jidħlu d-drittijiet umani  u d-drittijiet tal-persuni LGBTI. Iżda vot lill-Partit Nazzjonalista huwa theddida reali għal dan il-progress.”

Dan il-kumment skjett minn għaqda rispettata ferm fuq il-fora internazzjonali ġie anki fid-dawl li l-Kap Simon Busuttil insista li fit-tim ta’ kandidati li qed jippreżenta jkollu lil Josie Muscat.

Filfatt mat-Torċa, Sundelin uriet it-tħassib tagħha għall-kandidatura ta’ Josie Muscat li huwa konservattiv u għamel dikjarazzjonijiet omofobiċi u oħrajn xokkanti fil-konfront tan-nisa.

Hija sostniet li għalhekk huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista , m’għandux dawn l-oqsma fuq l-aġenda tiegħu anki minħabba l-fatt li fl-aħħar jiem saru attakki bla rażan fuq Felix Busuttil li indirizza mass meeting tal-Partit Laburista.

Il-President ta’ Rainbow Rose temmet tgħid li l-elezzjoni ġenerali ta’ pajjiżna hija vitali biex ikunu protetti d-drittijiet ta’ persuni LGBTI u l-ugwaljanza fost is-soċjetà ċivili.

Dan biex ma jintilifx dak li dan il-Gvern diġa kiseb fejn saru passi ta’ ġgant fl-għoti tal-libertajiet ċivili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend