Negozjant kbir jgħid li Malta tista’ tkun ċentru ta’ investiment fl-Ewropa – One News

Notifiki

Negozjant kbir jgħid li Malta tista’ tkun ċentru ta’ investiment fl-Ewropa

Din il-gżira ċkejkna tista’ tħabbatha ma’ Singapore u ssir ċentru ta’ investiment barrani fl-Ewropa.

Dan sostnieh, Mark Weingard, investitur Ingliż ta’ fama internazzjonali ma’ The Business Observer.

Weingard li fl-aħħar snin investa sew f’pajjiżna, fosthom fil-kapitali ta’ pajjiżna kellu kliem sabiħ għal mod kif Malta tattira l-investiment barrani.

Huwa qal li t-tnaqqis fir-rata tat-taxxa għall-investituri barranin tagħmel lil pajiżna ferm kompetittiv u għalhekk Malta tista’ tkun is-Singapore tal-Ewropa.

Weingard sostna li issa ilu jgħix madwar erba’ snin f’pajjiżna u Malta hija dak il-post li fih iħossu komdu ferm.

Huwa spjega kif dar id-dinja u li għandu storja personali drammatika għaliex salva minn tlett traġedji dinjija; l-attakk tal-11 ta’ Settembru 2001 fi New York, l-attakk terroristiku ta’ Bali fl-2002 u d-diżastru naturali ta’ tsunami fl-Indoneżja fl-2004.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend