Il-wegħdi tal-Partit Laburista għall-Għawdxin – One News

Notifiki

Il-wegħdi tal-Partit Laburista għall-Għawdxin

Wara li Gvern laburista wettaq il-proposti għal Għawdex, illum wiegħed li se jkun qed ikompli bil-ħidma tiegħu biex Għawdex ikompli jipparteċipa bi sħiħ fis-suċċess ekonomiku. Fil-fatt, il-Prodott Gross Domestiku żdied b’medja ta’ 26 miljun, jiġifieri ħames darbiet aktar minn dik irreġistrata qabel l-2013. Għalhekk, b’din il-viżjoni, l-Partit Laburista għandu l-għan ewlieni li jgawdu l-Għawdxin:

AKTAR XOGĦOL F’GĦAWDEX GĦALL-GĦAWDXIN

Jitjieb l-istartup tax credit għal negozji ġodda għal €70,000, jew 30% tal-ammont tal-investiment u l-pagi tal-ħaddiema flewwel sentejn ta’ negozju ġdid miftuħ f’Għawdex

In-negozji li jirrilokaw lejn Għawdex minn Malta jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul fl-ewwel 3 snin tal-operat, filwaqt li nagħtu tax refund tal-ispejjez kollha biex isir it-traslokar.

Jiġu inċentivati l-kumpaniji Maltin li jagħtu l-opportunità lil Għawdxin impjegati magħhom jagħmlu xogħol ta’ teleworking minn Għawdex permezz ta’:

Kreditu ta’ 75% fuq l-investiment tekonoloġiku u kapitali Rifużjoni fuq is-salarju ta’ kull impjegat Għawdxi sa €10,000

Tiżdied l-għajnuna tal-MicroInvest Scheme għal kumpaniji Għawdxin għal €70,000

KONNETTIVITÀ AĦJAR LI TIXRAQ LILL-GĦAWDXIN

Jinbeda l-proġett tat-tunnel bejn Malta u Għawdex

Jitwettaq il-proġett tal-Fast Ferry li hija konnessjoni bil-baħar bejn Għawdex u l-Belt Valletta

PJAN REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX FUQ 10 SNIN

Titlaqqa’ l- konvenzjoni reġjonali li fiha jippartecipaw lGħawdxin dwar il-futur ta’ Għawdex

Il-pjan jidentifika wkoll l-iskills gap li għandu Għawdex Inwaqqfu Awtorità Reġjonali għal Għawdex

Jitwaqqaf Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta’ Għawdex

PROĠETTI BIEX GĦAWDEX IKOMPLI BIL-PROGRESS

Għawdex igawdi b’mod sinifikanti mill-proġett tattoroq b’investiment ta’ €700M

Jitwettaq il-proġett ta’ baga tal-cruise liners fix-Xlendi

Ħidma biex jittranġa l-breakwater ta’ Marsalforn

Tinbena skola Primarja Ġdida fir-Rabat

PROĠETTI BIEX GĦAWDEX IKOMPLI BIL-PROGRESS

Jiġi implimentat il-proġett ta’ fibre-optic link ġdida li ssaħħaħ il-konnettività bejn Għawdex u Malta

Jitkompla l-iżvilupp taż-żoni industrijali tal-Ħofra fix-Xewkija

Jitwaqqaf hub għar-riċerka u l-ICT fil-binjiet eżistenti tal-eks MDP

INVESTIMENT FL-ISPTARIJIET U L-KURA TAS-SAĦĦA

Sptar ġdid li jkun jakkomoda 350 sodda biex ikun lakbar sptar li qatt kellu Għawdex

Investiment f’Ċentru tas-Saħħa Primarju ġdid u fi proġett ta’ Ċentru għar-Riċerka Medika

L-iskola medika ta’ Barts tibda tilqa’ fiha l-istudenti L-ewwel mira tkun li jiġu attirati madwar 300 student lejn Għawdex bil-potenzjal li jħallu madwar €4M flekonomija Għawdxija

STUDENTI GĦAWDXIN

Jissaħħu l-inċentivi li jingħataw studenti Għawdxin li jkun jeħtieg li jikru propjetà Malta waqt li jkunu qegħdin jistudjaw f’Malta

Tingħata tax deduction sa’ €5,000 tal-ispejjeż ta’ traġitt, trasport u kiri lil ġenituri ta’ studenti Għawdxin li jkunu qegħdin jistudjaw Malta

DAR TAL-ANZJANI

Tiġi żviluppata dar tal-anzjani ġdida b’500 sodda iffukata l-aktar għall-kura fit-tul għall-anzjani Għawdxin

PROPOSTI OĦRA

Titfassal strateġija li tkun tiffoka dwar kif jiġu attirtati niċeċ ekonomiċi ġodda lejn Għawdex

Tiġi ntrodotta sistema ta’ Park and Ride għall-port talImġarr għall-ħinijiet peak ta’ filgħodu

Jinbeda proġett ta’ rijorganizzazzjoni aħjar tal-Yacht Marina fl-Imġarr

Jitwaqqaf l-Mużew ta’ Għawdex

Tiġi evalwata l-possibiltà ta’ proġetti fl-agrituriżmu

Jiġi inċentivat l-iżvilupp u l-qawmien ekonomiku mill-ġdid tal-Gozo Agricultural Village

Jiġi xprunat programm ta’ rijabilitazzjoni tal-widien, bajjiet u żoni turistiċi

Jinħoloq depot fejn il-bdiewa jkollhom fejn jaħżnu lkaxxi tal-frott u ħxejjex Niftħu uffiċċju f’Għawdex iffukat fuq il-bżonnijiet tassajjieda

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend