Il-miżuri tal-PN jiswew €320 miljun u jdaħħlu lil pajjiżna fl-EDP – One News

Notifiki

Il-miżuri tal-PN jiswew €320 miljun u jdaħħlu lil pajjiżna fl-EDP

Il-miżuri tal-Partit Nazzjonalista jiswew €320 miljun u jdaħħlu lil pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP).

Spjega dan il-Minsitru Edward Scicluna, li f’konferenza tal-aħbarijiet fisser, miżura b’miżura, dak li qed jipproponi Gvern Laburista u dak li qed jgħid li se jagħmel Gvern Nazzjonalista. Dan tal-aħħar qed jipproponi miżuri li saħansitra mhumiex costed jew sostenibbli.

Il-Ministru Scicluna qal li l-elettorat irid jevalwa l-miżuri li ilu jisma’ bihom permezz ta’ tliet kriterji. Irid isaqsi kemm se jiswew, jgħinux lil min għandu ħafna flus jew inkella lil min hu fil-bżonn, u kemm se jibbenefikaw bies minnhom.

Wissa li l-miżuri tal-Partit Nazzjonalista qed isiru bla konsultazzjoni ma’ min jipprattika fil-qasam finanzjarju . Dan huwa l-istess PN li qed jagħmel minn kollox biex ikisser r-reġim fiskali approvat mill-Kummissjoni Ewropea u l-OECD.

“Il-PN se jħott dak li nbena f’erba’ snin” temm jgħid Scicluna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend