Twissija li ma tgħoddx għal Malta! – One News

Notifiki

Twissija li ma tgħoddx għal Malta!

Il-ġurnal Politico llum jirrapporta dwar ix-xenarju ppreżentat mill-grupp ILGA-Europe, li jħares id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

L-aħbar hija ta’ tħassib għas-settur imma pożittiva ferm għal Malta. Għax filwaqt li hemm pajjiżi fejn persuni LGBTIQ li saħansitra qed jibżgħu għal ħajjithom minħabba s-sesswalità tagħhom, hemm pajjiżi oħra fejn l-ugwaljanza hija massima.


L-ewwel fil-lista fost il-pajjiżi kollha fejn hemm l-ugwaljanza hija Malta. Warajna, in-Norveġja u r-Renju Unit. L-iktar pajjiżi fejn hemm bżonn titjib huma l-Latvia u Litwanja.

F’pajjiżi oħra saru avvanzi, bħal per eżempju fl-Italja relazzjonjiet bejn persuni tal-istess sess saru rikonoxxuti. Għalkemm Malta tibqa’ fil-quċċata tal-aktar pajjiż fejn bniedem jista’ jkun liberu b’dak li hu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend