Itemm kuntratt imma ma jafx kif – One News

Itemm kuntratt imma ma jafx kif

Fil-programm Xtra, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ qal li se jkun qed jitfa’ l-barra l-investituri fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Investituri li ġew Malta biex jinvestu fl-isptar bħala parti minn proġett kbir li jinkludi wkoll skola medika, u li jara lill-Għawdxin jieħdu l-aqwa kura mingħajr ħlas.

Għalih, li tagħmel hekk ma investituri mhux perikoluż.

Il-preżentatur staqsieh “li jkun hemm kuntratt ma’ kumpanija u tgħid se nqattgħu mingħajr raġuni, ma taħsibx li qed tibgħat messaġġ ħażin lil dawk l-investituri li jixtiequ jinvestu f’pajjiżna?” Għal din il-mistoqsija, il-Kap tal-Oppożizzjoni rrisponda “le”.   

Kien hawn li l-preżentatur staqsih kif se jagħmel dan ladarba hemm kuntratt iffirmat. Busuttil qal imbagħad jara l-Avukat Ġenerali għax hu direzzjoni politika jaf jagħti.

Fil-programm Simon Busuttil kien anke negattiv dwar l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Mistoqsi dwar dan semma biss diffetti.

Saħansitra qal li Joseph Muscat għamel froġa.

Fil-programm Simon Busuttil ikkonferma wkoll li għandu għal qalbu ħafna lil Salvu Mallia u reġa’ iġġustifika l-attakki bla rażan li Salvu Mallia baqa’ jagħmel fil-konfront tal-Prim Ministru.

Dan hekk kif qal “nifhem għaliex Salvu Mallia jitkellem hekk.”

Filwaqt li reġa’ ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru biex meta jirriżulta li gideb dwar Egrant, jirriżenja. Minflok din id-darba għażel li jpoġġi l-pressjoni fuq il-Maġistrat għax qal li alla ħares ma jsib xejn.

Intant bħad-dehriet l-oħra li s’issa kellu Simon Busuttil fuq it-televiżjoni, spikkat l-aggressivita’ bla tarf li wera u din esperjenzaha ukoll il-ġurnalist li għamillu l-mistoqsijiet.

Dan hekk kif Balzan il-preżentatur temm l-intervista billi qallu “Nirringrazzjak anke tal-fatt li aċċettajt li tirrispondi l-mistoqsijiet minkejja li xi kultant kont aggressiv.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend