Il-Prim Ministru jżur proġetti kulturali fil-Belt Valletta – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jżur proġetti kulturali fil-Belt Valletta

Fil-ġurnata li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-proposti li juru l-viżjoni tal-Partit Laburista fis-settur kulturali, qed iżur diversi proġetti fl-istess qasam fil-Belt Valletta.

L-ewwel ma’ żar kienu x-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-MUŻA – Mużew tal-arti. Filwaqt li rringrazzja lil Heritage Malta u n-nies kollha nvoluti fil-proġett, li x-xogħlijiet fuqu bdew madwar sentejn ilu, nnota li l-livell ta’ preparazzjoni kien tajjeb ħafna f’dak li ddeskriva proġett bi skoperti ġodda ma’ kull jum li jgħaddi.

Qal ukoll li dan huwa prova ta’ wirt storiku ta’ pajjiżna li se jgawdi minnu kulħadd fl-2018 meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u tenna li jemmen li dan huwa settur li se joħloq aktar impjiegi.

Intant, iż-żjara tiegħu tkompli fi proġetti ta’ wirt kulturali oħra fil-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend