Investiment ta’ €800,000 għal ċentru tal-volontarjat f’Marsaxlokk – One News

Notifiki

Investiment ta’ €800,000 għal ċentru tal-volontarjat f’Marsaxlokk

Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru tal-volontarjat fir-Rabat, ġie mħabbar li se jkun qed jinbena ċentru ieħor tal-volontarjat f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €800,000.

Il-Ministru Helena Dalli spjegat li ċ-ċentru se jilqa’ fih l-għaqdiet tan-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna, jiġifieri total ta’ madwar 300 għaqda mhux governattiva.

Iċ-ċentru f’Marsaxlokk, se jkollu l-istess użu bħal dak li ġie nawgurat llum fir-Rabat. Iċ-ċentru se ikun għall-użu tal-għaqdiet mhux governattivi, kollha biex jużawh għal-laqgħat u għal avvenimenti oħra li għalihom ikollhom bżonn jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta’ dan iċ-ċentru. Il-Ministru Dalli qalet li dawn iċ-ċentri huma l-apprezzament tal-Gvern Malti għal dawk kollha li jaħdmu fil-volontarjat.

Iċ-ċentru tal-volontarjat huwa mmirat l-aktar għal dawk l-għaqdiet li preżentament ma għandhomx fejn jagħmlu l-laqgħat tagħhom.

Iċ-ċentru fir-Rabat huwa t-tielet wieħed tat-tip tiegħu f’Malta u sar b’investiment ta’ aktar minn €60,000. Qabel sar ir-restawr dan iċ-ċentru kien dar, iżda llum huwa mgħammar bil-faċilitajiet neċċessarji biex joffri spazju ġdid lil dawn l-għaqdiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend