Busuttil reġa’ mar għand il-Maġistrat li bagħtu ‘l hemm…jipprova jtawwal l-inkjesta Egrant – One News

Notifiki

Busuttil reġa’ mar għand il-Maġistrat li bagħtu ‘l hemm…jipprova jtawwal l-inkjesta Egrant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, mar bl-allegazzjonijiet li għamel ilbieraħ fil-konfront ta’ Keith Schembri għand il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta dwar Egrant.

Simon Busuttil kien diġa’ għamel dan b’allegazzjonijiet oħra fil-konfront ta’ Keith Schembri u wara analiżi bir-reqqa l-Maġistrat Aaron Bugeja bagħtu ‘l hemm u saħansitra inħatret maġistrat oħra biex tmexxi inkjesta ġdida.

Minflok mar għandha, Simon Busuttil, reġa’ mar għand Aron Bugeja bil-ġurnalisti staqsew kif seta’ jagħmel dan ladarba l-Maġistrat Bugeja diġa’ bagħtu ‘l hemm darba. F’risposta dgħajfa simon Busuttil qal li mar għand il-Maġistrat Aaron Bugeja għaliex għandu kien mar l-ewwel darba.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend