Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Belt Valletta

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta għall-ħabta tas-13.30.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Mosta u Renault Megane misjuqa minn mara ta’ 61 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend