Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin jemmnu li s-surplus se jsarraf f’ħajja aħjar – One News

Notifiki

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin jemmnu li s-surplus se jsarraf f’ħajja aħjar

66%, jiġifieri l-maġġoranza assoluta tal-Maltin, jemmnu li l-fatt li pajjiżna għamel surplus se jsarraf f’ħajja aħjar għalihom.  Fl-istess waqt 14.5% ma qablux, u 14.2% fqalu li ma jafux. Dan jirriżulta minn stħarriġ maħdum għall-gazzetta L-Orizzont.

Filwaqt li iżjed flus fil-kaxxa ta’ Malta ifisser kwalità ta’ ħajja aħjar għall-maġġoranza assoluta – iġifieri għal-66% tat-total ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ – meta wieħed iħares lejn il-votanti Nazzjonalisti, kienu biss 26.7% al-votanti Nazzjonalisti li wieġbu, illi jaqblu li s-surplus isarraf f’ħajja aħjar.

Dan dwar surplus li ġie għall-ewwel darba wara 35 sena.

L-istess stħarriġ maħdum għall-Orizzont staqsa wkoll jekk in-nies taħsibx li l-pajjiż mar għall-aħjar f’dawk l-erba’ snin.

58%  jemmnu li dan huwa minnu, 21.8% ma jaqblux, u 20.2% jaħsbu li baqgħu kif kienu. Meta wieħed iħares iktar fil-fond jinnota kif dan ir-riżultat jasal fosthom fid-dawl li 59.3% tal-votanti Nazzjonalisti li qalu li l-pajjiż mar għall-agħar.

Fl-istess survey 59.3%  qalu li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għamillhom differenza f’ħajjithom. 49% qalu li għandhom iktar flus fil-but. U 40%  sostnew li meta mqabbel ma’ erba’ snin ilu qed joħorġu iktar jieklu barra. U 32.9%  qalu li qed isiefru aktar.

L-istħarriġ jinnota wkoll id-distakk fil-fiduċja bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil.

Mistoqsija liema huwa l-Mexxej ta’ partit li l-aktar jista’ jsolvi l-problemi relatati mal-għoli tal-ħajja, 45.3% wieġbu Joseph Muscat, u 24.4% biss wieġbu Simon Busuttil, b’oħrajn bla tweġiba, indeċiżi, ma jafdaw lil ħadd, jew wieġbu ‘oħrajn’.

Fil-fatt 53.3% qalu li l-Gvern preżenti għenhom biex tonqos il-problema tal-għoli tal-ħajja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend