WEGĦDA: PERSUNI B’DIŻABILITÀ JIBQGĦU PRIJORITÀ – One News

Notifiki

WEGĦDA: PERSUNI B’DIŻABILITÀ JIBQGĦU PRIJORITÀ

Id-diżabiltà hija priorità li dwarha l-Partit Laburista indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn ta ħarsa lejn dak li twettaq u dak li fadal xi jsir.

Il-Mexxej Laburista spjega li dik li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista fi żmien erba’ snin għal persuni b’diżabilità hija revoluzzjoni siekta. Hawnhekk, għamel referenza għall-1,000 persuna b’diżabilità li bil-ħidma ta’ dan il-Gvern ħarġu jaħdmu għall-ewwel darba. Joseph Muscat qal li dan wassal mhux biss għal bidla fil-ħajja tagħhom iżda anke għall-familjari tagħhom. 

Joseph Muscat qal li liġi li kienet ila fuq il-karta mis-sittinijiet, dan il-Gvern poġġiha fil-prattika. Liġi li llum qed tara aktar impjegati jimpjegaw persuni b’diżabilità minflok iħalsu multa.

Il-Prim Ministru għamel referenza għall-benefiċċji li jingħataw lil persuni b’diżabilità u qal li r-riforma li għamel Gvern Laburista qed tara aktar persuni b’diżabilità jidħlu fis-suq tax-xogħol għaliex anke meta jiġu impjegati xorta waħda jingħataw il-benefiċċji. Dan għaliex, spjega l-Prim Ministru, minkejja li persuna b’diżabilità tibda taħdem xorta waħda tibqa’ b’diżabilità u għandha tibbenefika minn dawn il-benefiċċji.

Gvern Laburista żied ukoll il-pensjoni għal dawk il-persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu u għalhekk stqarr il-Prim Ministru “skantajt meta Simon Busuttil qal li jrid jagħmel dawn il-miżuri meta diġà tħabbru fil-budgets li saru u qed isiru.” Dan b’referenza għal proposti ta’ Busuttil, li għal darb’oħra juru li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa maqtugħ mir-realtà hekk kif flimkien ma’ proposti oħra li għamel, dawn diġà twettqu.

Iżda Gvern Laburista se jkun qed jassigura li persuni b’diżabilità jibqgħu prijorità fil-ħidma tal-Gvern.

DAK LI TWETTAQ

  • Infetħu erba’ ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilita’, li huma  l-Gardjola Day Centre, SPERO. l-Għajnsielem Learning Hub u Skills Space.
  • Se jkunu ġew investiti €9M, fuq medda ta’ tliet snin, fiċ-ċentru ta’ Matul il-Jum fl-Imtarfa.
  • Infetħu ħamest’idjar fil-komunità għall-ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilita’; tlieta f’Malta u tnejn f’Għadwex.
  • Inxtraw erba’ vannijiet bit-tail lift u sitt vetturi ‘seven-seater’. Fl-aħħar erba’ snin kienu investiti €4miljuni, li tinkludi spiża kapitali ta’ €2.3M fl-aħħar tliet snin.
  • Bdew jiġu offruti servizzi ġodda, bħal m’huma Sharing Lives Scheme, Empowerment Scheme, il-Personal Assistance u Sliema Skills Space.

Partit Laburista fil-Gvern iwiegħed: 

SERVIZZI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÁ

Illum jeżisti l-Independent Community Living Fund (ICL). Dan minbarra djar fil-Komunità, ċentri ta’ Matul il-Jum, servizzi residenzjali  u public Social Partnership ma’ organizazzjonijet non-governattivi.

LEARNING SUPPORT ASSISTANT

Partit Laburista fil-Gvern jiżgura li, matul is-sena skolastika, l-istudenti kollha jkollhom Learning Support Assistant. Dan is-servizz jibqa jingħatalhom anke matul is-Sajf, meta jattendu SkolaSajf

RIFORMA FIL-PENSJONI TAL-INVALIDITA’

Partit Laburista fil-Gvern iwettaq riforma fil-pensjoni tal-invalidita’ biex persuni li huma severament invalidi jingħataw żidiet fil-pensjoni tagħhom simili għal dawk mogħtija lil persuni b’diżabilta’ waqt li ma jħallsux taxxa fuq il-pensjoni

RIFORMA TAL-ALLOWANCE TAD-DIŻABILITA’

Bħala parti mir-riforma tal-allowance tad-diżabilita’, tkun ikkonsidrata l-introduzzjoni ta’ l-istess allowance għall- kundizzjonijiet ‘moħbija’ bħal ma huma l-fibromyalgia. Barra minn hekk, jitwessgħu l-kriterji tal-eliġibbilità għal persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ. 

DJAR FIL-KOMUNITAJIET

Inkomplu jiżdiedu d-djar fil-komunitajiet u jiżdiedu s-servizzi għal firxiet usa’ ta’ bżonnjijiet individwali u etajiet differenti. Dan ikun jinkludi wkoll program ta’ smart homes mgħammra bl-aħħar teknoloġija għal għajnuna tas-settur.

PERSUNI B’DIŻABILITA’ ISIRU SIDIEN TA’ DARHOM

Persuni b’diżabbilta’ jibqgħu jitqiesu bħala first time buyer kull meta jixtru propjeta huma stess u jieħdu l- benefiċċji applikabli. Bl-istess mod, ġenituri ta’ tfal b’diżabilita’ għandhom ukoll jitiqiesu bħala first time buyer u jieħdu l-benefiċċji applikabli, meta jixtru propjeta

LIFELONG INCLUSION UNIT

Jitwaqqaf lifelong inclusion unit fi ħdan l-Aġenzija Sapport bħala unit ċentrali li tiffoka fuq is-servizzi individwalizzati lil persuni b’diżabilita’ mit-twelid sal-anzjanita’. Il-unit titmexxa fuq bażi multi u trans dixxiplinarja u inter u intra-settorjali biex verament tintlaħaq kull persuna b’diżabbilta’ u tkun żgurata kontinwita fis-servizzi offruti.

Il-lifelong inclusion unit għandha tkun ta’ spalla b’saħħitha għal ġenituri.

FOND NAZZJONALI GĦAL ĦAJJA INDIPENDENTI

Jitwaqqaf Fond Nazzjonali għal Ħajja Indipendenti fejn il- Gvern u l-familji ipoġġu riżorsi flimkien biex jintużaw għall- bżonnijiet tal-ulied, u jitkompla l-proċess biex bordijiet ta’ entitajiet tal-Gvern maġġuri jkollhom rappreżentanza ta’ persuna b’diżabbilita’.

JITKOMPLA L-IMMODERNIZZAR TAĊ-ĊENTRI

Kull ċentru għandu jaddatta għal ħtiġijiet u s-servizzi individwali għal persuni li jattendu. Ikunu introdotti aktar servizzi ta’ independent living skills.

L-ISKEMA JESS U SHELTERED EMPLOYMENT

Tkompli  titjieb l-iskema JESS li tgħin lil ħaddiema b’diżabbilta’ jidħlu fid-dinja tax-xoghol u tingħata importanza lil sheltered employment għal persuni b’diżabilita’, dejjem jekk din tkun l-għażla u x-xewqa tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend