Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Ħamrun

Raġel ta’ 38 sena residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22.10, t-Tnejn, f’ Cannon Road, il-Ħamrun. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni karozza tat-tip Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi u mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 38 sena kellhom impatt.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend