L-inċidenti tat-traffiku huma l-akbar qattiela ta’ żgħażagħ u tfal

L-inċidenti tat-traffiku huma l-ikbar kawża ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ fuq skala globali, dan skont stħarriġ li sar mill-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa, WHO.

Fl-2015, kien hemm aktar minn 1.2 miljun adoloxxent li tilef ħajtu, bl-inċidenti tat-traffiku kienu responsabbli għal wieħed minn kull għaxra minn dawn l-imwiet. Il-maġġoranza tal-imwiet fit-toroq kienu jinvolvu subien ta’ bejn l-10 u 19-il sena.

L-imwiet bl-inċidenti tat-traffiku kienu segwiti minn infezzjonijiet fil-pulmun u suwiċidji.

L-iktar ħames kawżi ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ ta’ bejn 10 u 19-il sena huma:

  1.  Inċidenti fit-toroq
  2. Infezzjonijiet respiratorji
  3. Suwiċidju intenzjonat jew b’mod aċċidentali
  4. Mard ikkawżat minn Diarrhoeal
  5. Għarqiet

Dan ir-rapport juri li kuljum imutu madwar 3,000 adoloxxent.

 

Aktar minn 66% ta’ dawn, jitilfu ħajjithom fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-Asja, imwiet li fil-maġġoranza tagħhom jistgħu jiġu evitati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend