Il-Ministru Scicluna jindirizza l-media Ġermaniza wara t-tfigħ ta’ tajn tal-PN – One News

Notifiki

Il-Ministru Scicluna jindirizza l-media Ġermaniza wara t-tfigħ ta’ tajn tal-PN

Il-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna jinsab f’Berlin fejn se jkun qed jindirizza l-midja Ġermaniża.

Dan wara li ġew ċirkolati allegazzjonijiet fabbrikati u infondati fil-midja Ġermaniża bl-intenzjoni ċara li jiksreditaw l-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta.

Il-Ministru se jkun qed jirreferi għall-gideb u tfigħ ta’ tajn tal-PN, li fost oħrajn jinkludu l-filmat li deher fuq NET TV li l-għan ewlieni tiegħu kien li jxerred fake news mhux biss f’pajjiżna iżda anke f’pajjiżi oħra bħal Ġermanja, bl-għan ewlieni li jaffettwaw b’mod negattiv is-settur finanzjarju.

Fi stqarrija, l-Ministeru tal-Finanzi spjega li dan qed isir minn individwi li l-unika interess tagħhom hu li jirbħu l-voti b’mod malizzjuz mingħajr ma jikkunsidraw il-ġid li qed jibbenefikaw minnu l-familji wara ħidma li saret mill-Gvern fuq mhedda ta’ snin biex dan is-settur jissaħħaħ.

Wara dan l-indirizz, il-Ministru Scicluna se jkollu laqgħa ukoll mal-Ministru tal-Finanzi Federali Ġermaniż Wolfgang Schäuble fil-Ministeru Federali tal-Finanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend