ANN FENECH F’INTERVISTA INKREDIBBLI DWAR MALTA – One News

Notifiki

ANN FENECH F’INTERVISTA INKREDIBBLI DWAR MALTA

Ir-rieda li ssir ħsara lill-pajjiż laħqet livelli bla preċedent. Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN marret fuq Europa Magazine u tathom servizz estensiv fejn qalet li f’Marsaxlokk hemm bomba lesta biex tisplodi.

Ippreżentat ruħha bħala avukat marittimu ta’ esperjenza, u mal-Ewropa kollha qalet li min ħin għal ħin jista’ jkun hemm xi traġedja ta’ livelli katasrofiċi. Gidba assoluta, kif spjega kemm il-darba l-Gvern. Kif ikkonfermat mill-operaturi tat-tanker. Saħansitra l-viċi-president tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-enerġija approva l-qalba għall-gass f’pajjiżna. U l-qalba f’pajjiżna kienet rakkomandata għal pajjiżi oħra.

Iżda Ann Fenech, li d-ditta tagħha tirrapreżenta bastimenti li jġorru l-LNG, marret tgħid li se jkun hemm numru ta’ nies li jitilfu ħajjithom. Li bil-maltemp se jkun hemm traġedja. Li l-proġett sħiħ huwa “totally crazy” u li għandu jkun hemm “zero tolerance” għax se jkun hemm numru ta’ vittmi. Qalet li hemm bastimenti li jistgħu jidħlu fit-tanker minn ħin għal ħin. Saħansitra deffset lit-terroristi fin-nofs, u provat tbeżża minn xi attakk.

Dwar il-politiċi Maltin, tgħid li dawn “fallew totalment”. Tgħid li tinħass biża f’Marsaxlokk, meta fil-verità l-unika ħaġa li tinħass hija arja aktar nadifa, hekk kif pajjiżna ħeles mill-Heavy Fuel Oil.

Filwaqt li Ann Fenech qed tippreżenta ruħha tal-moderata lokalment, il-pjan huwa li fuq fora barranin l-attakk fuq pajjiżna jintensifika. Fuq il-programm Malti Extra, tkellmet fuqa nfisha meta qalet: “Ann Fenech qatt, qatt ma qalet li l-LNG tankers mhumiex safe jew li l-LNG tankers ma jeżistux”. 

Jirriżulta għalhekk li lokalment, il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jirranġa l-fatt li ħlief negattività ma jlissinx. Iżda l-verità tinsab band’oħra. Ir-rieda li isem Malta jkun flaġellat mhux ġejja biss mill-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Ġejja mill-Membri Ewro Parlamentari li f’kull okkażżjoni possibbli qed jgħidu li pajjiżna huwa korrot. Dan anke f’sessjonijiet fejn ix-xenarju politiku lokali ma jkun relevanti xejn. U l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil innifsu mar fuq il-programm tar-Rai Ballaro u attakka kemm felaħ il-programm ta’ iċ-ċittadinanza b’investiment f’pajjiżna. L-istess programm li issa jrid iżomm, u li Ann Fenech sejra tajjeb minnu.

Dan kollu jinkwadra f’dak li qal Joseph Muscat fin-Naxxar ilbieraħ. Muscat tkellem fuq min f’kull ċans li jkollu, jitkellem kontra Malta, u jogħrok  idejh meta ħaddiehor jitkellem kontra l-Maltin. Fuq min irewwaħ biex jintqalu affarijiet kontra l-pajjiż. “Min jagħmel hekk, lil poter ikun iħobb” qal Muscat.

Appella lil dawk miġbura u qalilhomm isibu mument wieħed, kelma waħda li qatt ħarget minn fommu kontra l-pajjiż.  Muscat qal li qatt ma kien hemm u qatt ma se jkun hemm, ikun min ikun fil-gvern.

Għaliex sostna li l-imħabba lejn il-pajjiż, il-patrijottizmu tal-Partit Laburista mhux relattiv.  Mhux xi ħaġa li tinbidel skond min ikun imexxi.  Il-Maltin u Għawdxin li jħobbu lil pajjiżhom, iħobbuh fuq kollox, minkejja kollox u għal kollox.

Tista tara l-intervista hawn:

http://www.daserste.de/information/politik-weltgeschehen/europamagazin/videos/14-05-2017_Malta-100.html

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend