Notifiki

Jason Azzopardi jwieġeb u jikkonferma; iwaħħal fil-Partit Laburista

Id-deputat Nazzjonalista rreaġixxa għall-aħbar tal-gazzetta KullĦadd dwar kif uża l-kariga tiegħu bħala Segretarju Parlamentari biex iserraħ rasu dwar kuntratt b’rabta ma’ art li kien qed jinnegozja personalment.

Fl-istqarrija tiegħu Azzopardi ma ċaħad xejn u qal biss li ma ngħatax trattament preferenzjali għax kien hemm familji oħra li gawdew minn dak li gawda hu. Minflok qal li l-Partit Laburista għandu jiskuża ruħu ma’ min sal-lum għadu ma ħax dak li ħa hu.

F’dan il-proċess Jason Azzopardi ffirma u ta l-barka għal xi ħaġa li gawda minnha hu. Dan konxjament fl-istess ħin li kien qed jinnegozja proprjeta ta’ kważi €300,000.

Aqra aktar: ĦADMA TAJBA; jinnegozja dar għalih personali u mill-gvern jara li tkun kif xtaqha hu

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend