Imutu 20 persuna wara li tal-linja li kienu fuqha baqgħet nieżla mill-irdum – One News

Notifiki

Imutu 20 persuna wara li tal-linja li kienu fuqha baqgħet nieżla mill-irdum

Minn tal-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom wara li tal-linja li kienu fuqha baqgħet nieżla għal isfel mill-irdum qrib il-kumpless ta’ Marmaris fit-Turkija.

Apparti minn hekk 11-il persuna ndarbu meta s-sewwieq ta’ tal-linja tilef il-kontroll, baqa’ dieħel fil-‘crash barriers’ u baqgħet niżlet isfel.

Il-midja lokali qalet li ma kien hemm ebda persuna barranija fost il-vittmi.

Minn tal-inqas 40 persuna kienu abbord fejn intqal li x’aktarx ma ħadmux il-brejkijiet.

Rapporti oħrajn sostnew li l-maġġoranza tal-vittmi kienu nisa u tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend