Jekk id-dokument tal-vot ġralu xi ħaġa, aqra xi trid tagħmel – One News

Notifiki

Jekk id-dokument tal-vot ġralu xi ħaġa, aqra xi trid tagħmel

Il-Kummissjoni Elettorali ħarġet avviż li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tas-6 ta’ Mejju, 2017, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali.

Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:

mit-Tnejn sal-Ġimgħa:

mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m., u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Sibtijiet u Ħdud:

mit-8.00 a.m. sa nofsinhar

Nhar l-Erbgħa, il-31 ta’ Mejju (l-aħħar jum):

mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m., u mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, ċempel fuq in-numru tat-telefon f’Malta 21411689/21412347 u f’Għawdex 21556317.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend