Bdew jiżżarmaw it-tankijiet ta’ fuel f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

Bdew jiżżarmaw it-tankijiet ta’ fuel f’Birżebbuġa

Bdew ix-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi ta’ żarmar biex is-sit tat-tankijiet tal-fuel tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa titnaddaf darba għal dejjem. Dan is-sit, li ilu jopera mill-1920, kien jipprovdi l-petrol, dijsil u jet fuel għal pajjiżna; u matul is-snin inbnew ħafna djar madwaru u fil-viċinanzi għaldaqstnant żdied id-detriment għar-residenti u dawk li jgħixu fil-madwar.

Gvern preċedenti kien propona tankijiet kbar f’Kordin imma ġiet rifjutat minħabba l-MCAST, filwaqt li f’Ħas-Saptan kienet rifjutata minħabba raġunijiet ambjentali. Fl-isfond ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi nstemgħu l-ewwel ħsejjes tat-twaqqiegħ tal-ewwel tank.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddeskriva dan il-jum bħala ġurnata sabiħa mmens għan-nies ta’ Birżebbuġa għaliex dak li għal snin twal kien maħsub impossibbli; sar – sabiex din il-pjaga titneħħa darba għal dejjem minn nofs l-abitat.

Stqarr li dan il-pass huwa turija ċara ta’ kemm in-nies jiġu qabel il-flus. Fakkar kif l-ewwel struttura li qed tiżżarma ilha hemm mill-1919, għaldaqstant dan huwa sinjal ċar ta’ kif qed nimmodernizzaw l-infrastruttura ta’ pajjiżna.

Joseph Muscat sostna li n-naħa t’isfel ta’ Malta għandha tkun stmata daqs kull żona tal-pajjiż.

Dan kollu seħħ filwaqt li l-Enemalta tpoġġiet fuq sisien sodi, għandna arja iżjed nadifa, in-nies għandhom kontijiet orħos u f’pajjiżna kien hawn politika ta’ stabbiltà fil-qasam tal-fuel.

Isma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru dwar dan l-iżvilupp importanti:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend