WEGĦDA: Trasport pubbliku li se jkompli jitjieb – One News

WEGĦDA: Trasport pubbliku li se jkompli jitjieb

Il-Prim Minsitru u mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Ian Borg indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellmu dwar ir-riforma fit-traport pubbliku.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa parti minn pjan komprensiv u costed, anke fid-dawl tal-ikbar proġett infrastutturali li qatt ħa jkun sar f’pajjiżna, li permzz tiegħu t-toroq kollha jsiru fuq medda ta’ seba’ snin.

Il-Ministru Mizzi qal li din l-amministrazzjoni introduċiet 24 rotta ġdida. Inbidlu 43 rotta eżistenti biex aktar żoni jintlaħqu mit-trasport pubbliku. Żdiedu 80 bus stop għal total ta’ 2,000 bus stop u sar investiment fi 380 karozza tal-linja ġdida. Saru  kampanji biex jitħajru n-nies jużaw it-trasport pubbliku. Dan minbarra li daħlet t-tallinja card u ġiet żviluppata real time app. 

INĊENTIVI FAVUR L-UŻU TAT-TRASPORT PUBBLIKU

Studenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’ ser jibdew jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku b’xejn.

Amministrazzjoni Laburista ddaħħal programm biex individwu jkun jista’ jivvjaġġa b’xejn bil-karozza tal-linja jekk jirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan tal-karozza li jkollu. Dan isir b’mod volontarju biss u għal perjodu li jiddeċiedi l-invididwu. L-investiment isir permezz ta’fondi Ewropej.

Ikun offrut Wi-Fi b’xejn fuq il-karozzi tal-linji

Isir investiment f’bus shelters ġodda biex dawn ikunu aktar siguri, aċċessibli, komdi u mgħammra b’teknoloġija real-time li tindika f’liema ħin għandha tgħaddi l-karozza tal-linja. 

Aġenziji, dipartimenti u entitajiet tal-Gvern jagħmlu aktar programmi fejn jinċentivaw lill-ħaddiema tagħhom jużaw aktar it-trasport pubbliku billi joffrulhom tal- linja card b’sena vvjaggar b’xejn.

Fuq l-istess mudell, is-settur privat ikun imħeġġeġ jieħu inizjattivi simili.

Gradwalment, u wara konsultazzjoni mas-setturi kollha, tkun irriformata t-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi biex issir aktar vantaġġjuza għal karozzi li jħammġu anqas. 

TRASPORT NADIF

Se tkompli tkun sostnuta l-iskemi ta’ scrappage, jekk il-Partit Laburista jerġa’ jkun fil-Gvern. 

Ikun hemm skema sabiex kull persuna li tibdel karozza antika u flokha tagħżel li tixtri mutur sa 125cc tingħata voucher sa massimu ta’ €2,500.

PARKEĠĠ

Tkun introdotta “smart-parking technology”, jiġifieri permezz ta’ mobile app, wieħed ikun jaf kemm fadal postijiet ta’ parkeġġ f’ħin reali.

Gvern Laburista jiggarantixxi li l-parkeġġ jibqa b’xejn. 

Jinħarġu aktar sejħiet għal Public Private Partnership biex isiru parkeġġi pubbliċi. Dawn ikunu akkumpanjati bispazji miftuħa u landscaping ta’ ġonna pubbliċi.

Jidħol inċetiv fiskali ta’ rata tat-taxxa ridotta ta’ 15% fuq l-ewwek 7 snin ta’ operat, għal dawk l-instrapriżi li jużaw art privata biex joħolqu żoni ta’ parkeġġ. 

TITJIB FIT-TRASPORT BIL-BAĦAR

Fl-2013, beda l-operat bejn tas-Sliema u l-Belt, u bejn il- Kottonera u l-Belt. Sar investiment fl-infrastruttura meħtieġa inkluż mollijiet u dgħajjes mill-aktar moderni. Illum it-trasport bil-baħar ilaħħaq madwar miljun passiġġier fis-sena.

Partit Laburista fil-Gvern kommess li jtejjeb l-investiment infrastrutturali eżistenti u joħloq oħrajn ġodda bħal f’Bugibba, Tax-Xbiex, San Giljan, Sliema u Smart City.

F’dan il-kuntest, Għawdex ikollu l-konnsessjni ta’ fast ferry.

TNAQQIS FIL-KONĠESTJONI TAT- TRAFFIKU FIL-PEAK HOUR TA’ FILGĦODU

Ikukn hemm trasport b’xejn għall-iskejjel kollha – kemm tal- Gvern, tal-Knisja u privati.

Is-servizz ikollu wkoll superviżjoni waqt il-vjaġġ

SISTEMA TAL-WARDENS AKTAR EKWA U ĠUSTA

Il-Ministru Owen Bonnici tkellem dwar mudell ġdid li se jwassal għal iktar effiċjenza, inqas spejjeż, u sistema aktar ġusta fejn jidħol l-inforzar lokali. Fejn jidħlu gwardjani lokali spjega li s’issa, din is-sistema tmexxiet mill-privat, iżda Partit Laburista fil-Gvern kommess li jimplimenta proċess li bih il-wardens jiġu trasferiti kollha għal mal-entità governattiva LESA.

Il-LESA għandha tkompli wkoll bir-riformi pożittivi, kemm mill-aspett edukattiv kif ukoll mill-aspett operattiv innifsu.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, responsabbli minn fondi Ewropej, qal li din l-amministrazzjoni għandha kredbilità ma’ stuzzjonijiet Ewropej. Qal li l-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-istati membri u nnotat kif Transport Malta tul l-aħħar erba’ snin kienu quddiem nett biex ikomplu jirriformaw is-settur u wettqu li wiegħdu fuq livell Ewropew. Minn 30% ta’ assorbiment ta’ fondi Ewropej, issa qed jiġu assorbiti 100% tal-fondi, bit-trasport pubbliku jkun l-aktar settur li qed jassorbi fondi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *