Malta ma tgħaddix mal-finalisti tal-Eurovision – One News

Notifiki

Malta ma tgħaddix mal-finalisti tal-Eurovision

Hekk kif illum kien imiss lil Malta li tieħu sehem fit-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest, sfortunatament, minkejja l-ispettaklu mill-isbaħ li tat il-kantanta Claudia Faniello, Malta mhux se tkun qed tikkompeti fil-finali.

Claudia Faniello saħret lill-udjenza bil-vuċi u l-preżenza tagħha fuq il-palk fi Kiev. Iżda, sfortunatament Malta ma ntgħażlitx għal mal-għaxar finalisti li se jkunu qed jingħaqdu mal-kumplament tal-pajjiżi għall-finali ta’ nhar is-Sibt.

Għalkemm diversi segwaċi Maltin kienu diżappuntati b’dan ir-riżultat xorta waħdu faħħru lil Claudia u qalulha minkejja r-riżultat xorta waħda “Malta tibqa’ dejjem warajk.”

L-interpretazzjoni ta’ Claudia Faniello fit-tieni semi-finali fi Kiev:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend