Rata ta’ tkabbir f’pajjiżna tliet darbiet il-medja taż-żona ewro – One News

Notifiki

Rata ta’ tkabbir f’pajjiżna tliet darbiet il-medja taż-żona ewro

 

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta qal li l-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ħareġ il-Quarterly Review, pubblikazzjoni li tħares lejn l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. Dan ir-rapport jikkonferma l-qagħda eċċellenti tal-ekonomija Maltija,tant li l-Bank Ċentrali jsostni li “this rate of expansion was three times that registered for the euro area as a whole”.

L-esperti tal-Bank Ċentrali jirrimarkaw li reġa’ waqa’ l-qgħad u li l-inflazzjoni baqgħet baxxa minn perspettiva storika. Iż-żieda fl-impjiegi u r-rata baxxa tal-għoli tal-ħajja kellhom effett pożittiv fuq il-familji. Fil-fatt, il-Bank Ċentrali jgħid li kien hemm żieda qawwija fid-depożiti mal-banek lokali.

Ir-rapport jinnota wkoll is-surplus ta’ 1% fil-kontijiet pubbliċi u l-fatt li l-piż tad-dejn pubbliku naqas għal 58.3% tal-ġid nazzjonali.

Dawn ir-riżultati pożittivi jikkonfermaw kemm pajjiżna qed jikber ferm aktar mill-pajjiżi ta’ madwarna. Il-Gvern jemmen li hemm bżonn li din il-ħidma titkompla biex il-ġid nazzjonali jkompli jinħoloq u jasal għand iktar familji u negozji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend