IMPENN: SAĦĦA B’XEJN U TAL-OGĦLA LIVELL – One News

Notifiki

IMPENN: SAĦĦA B’XEJN U TAL-OGĦLA LIVELL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne spjegaw l-impenn tal-Partit Laburista fis-settur tas-saħħa, jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu nhar it-tlieta ta’ Ġunju. 

IS-SERVIZZ TAS-SAĦĦA JIBQA’ B’XEJN U TA’ KWALITÀ

Waħda mill-prinċipji bażiċi tal-PL hija din. Il-PL huwa l-unika garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn. Se tibqa titwettaq politika li tiggarantixxi l-aqwa servizz tas-saħħa b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha

INĊENTIVI GĦAL DAWK BI SKEMA TA’ ASSIGURAZZJONI FUQ IS-SAĦĦA PRIVATA

Jingħata tax rebate, refund jew credit lil min iħallas private hospital health insurance policy

Din il-miżura tnaqqas il-piż minn fuq l-isptar ċentrali u l-qasam tas-saħħa jitjieb aktar

INVESTIMENT FL-INFRASTRUTTURA TAS-SAĦĦA

Jibena Dipartiment tal-Outpatients ġdid biex fih jintlaqgħu aktar nies u jitnaqqas id-dewmien fl-appuntamenti

Jinbdena parkeġġ ta’ ħames sulari b’madwar 600-700 post fl-isptar Mater Dei. Sular minnhom ikun iddedikat għas-servizz tat-trasport pubbliku. Barran minn hekk, titnaqqas il-problema tal-parking u titjieb il-konnettivita’ lejn l-isptarijiet. 

Jinbena l-Mother & Child Hospital li jkun sptar ġdid li jispeċċjalizza f’kura u servizzi lill-ommijiet tqal u f’servizzi ta’ pedjatrija għal pazjenti tfal

Jinbena sptar ġdid tal-kura psikjatrika qrib Mater Dei

JIŻDIED IN-NUMRU TA’ SODOD FL-ISPTAR MATER DEI

Matul dawn l-aħħar 4 snin naqsu drastikament u prattikament issolviet il-problema tan-nuqqas ta’ sodod u pazjenti fil-kurituri fl-isptar Mater Dei.

Amminsitrazzjoni Laburista tindirizza din il-problema u se żżid ukoll in-numru ta’ sodod fl-isptar Mater Dei, fosthom b’żieda ta’ madwar 230 sodda li ser ikunu jistgħu jiġu utilizzati wara l-bini tal-isptar ġdid Mother & Child

AKTAR MEDIĊINI B’XEJN

Jingħataw l-mediċini għat-trattament tal-kanċer kollha b’xejn

Jidħlu mediċini ġodda fil-lista ta’ mediċini b’xejn fosthom għall-kura:

  • Tad-dijabete (bħall-isticks taz-zokkor u insulina)
  • Tal-mard tal-prostata
  • Tal-mard tal-qalb u ċ-ċirkolazzjoni
  • Tal-osteoporosis
  • Tilqim għal kontra l-meningite b’xejn

Jitwessa l-proġett tat-tqassim tal-mediċni fid-djar tal-anzjani biex titlaħaq Malta kollha. Dan il-proġett diġa’ beda.

TITJIB SINJIFIKANTI FIL-KURA PRIMARJA

Isir investiment fi tliet ċentri ġodda, f‘Ħal Kirkop, f’Raħal Ġdid u fit-tramuntana ta’ Malta.

Ikompli jitjieb l-investiment fil-polikliniċi u ċ-ċentri tas-saħħa.

REMOTE PATIENT MONITORING U CHRONIC DISEASE MANAGEMENT

Isir investiment fi chronic disease management system li tkejjel il-vital signs u patient parameters oħrajn mill-privatezza tad-dar. Dan jagħti l-possibilità lit-tabib tal-familja isegwi b’mod kontinwu l-informazzjoni miġbura dwar il-pazjent innifsu. Amministrazzjoni Laburista tkun minn ta’ quddiem nett fl-implimentazzjoni ta’ sistemi teknoloġiċi moderni għal kura tal-pazjenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa konferma tal-impenn li diġà sar, u kontinwazzjoni tiegħu. Dan il-Gvern wera kemm verament kapaċi jsolvi l-problemi, jidħol fi sħubija mal-privat u jara li l-affarijiet dejjem isiru għall-aħjar. Dan wassal biex intoppi kbar fil-qasam tas-saħħa qed ikunu indirizzati u se jkompli jwassal biex is-servizz jitjieb. “Eżempju ħaj ta’ kif nistgħu nagħmlu change manager effettiv biex minn sistema tas-saħħa ankrata fil-passat, nagħmlu sistema future-proof” temm jgħid Muscat.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-10-vFinal.pdf” title=”PRES DAY 10-vFinal”]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend