Commodini Cachia tippersisti fil-gideb – One News

Commodini Cachia tippersisti fil-gideb

ONE NEWS żvela li Therese Commodini Cachia u l-Partit Nazzjonalista qegħdin jigdbu biex jiddefendu l-iskema frodi tal-Partit Nazzjonalista fejn minn fondi Ewropej iħallsu l-pagi u anke kirjiet ta’ uffiċċju fid-Dar Ċentrali.  

Il-Ħadd kien żvelat kif b’fondi Ewropej qed titħallas il-paga ta’ John Zammit, strateġist ewlieni tal-Partit Nazzjonalista

Filwaqt li Commodini Cachia qed tibqa’ tiċħad li qed tħaddem skema frodi, ma ridetx tagħti dettalji biex tipprova mod ieħor.

Dan fl-istess jum li ONE NEWS żvela li kif is-sena li għaddiet Zammit ħa tmienja u għoxrin elf ewro f’salarju mingħand Commodini Cachia biss. Dan filwaqt li ħadem għall-Partit Nazzjonalista.

Iżda, Commodini Cachia qalet li ma tridx tagħti dettalji persinali meta sfidata dwar dan.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend