Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Birkirkara – One News

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi meta kellu impatt ma’ vann f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:10 ta’ wara nofsinhar fi Triq Dun Karm f’Birkirkara direzzjoni Msida.


Il-mutur tat-tip Honda CB600 kien qed jinstaq minn Pollakk ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ vann tat-tip Toyota Pro Ace misjuq minn Taljan ta’ 42 sena li kien sejjer fl-istess direzzjoni tiegħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar biex jirċievi l-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend