Prijoritajiet spjegati taħt it-tinda f’Ħal Kirkop – One News

Notifiki

Prijoritajiet spjegati taħt it-tinda f’Ħal Kirkop

Waqt attività politika f’Ħal Kirkop, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-proposti ewlenin preżentati dalgħodu. Fuq il-qasam edukattiv, qal li amminsitrazzjoni Laburista fil-Gvern hija kommessa li tara li kulħadd ikollu aċċess mhux biss għall-edukazzjoni, imma li kulħadd ikun jista’ joqgħod għall-eżamijiet. Tkellem dar l-importanza li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, speċjalment dawk “supply”, li jibdew proċess biex isiru tal-post, mal-Gvern.

Dwar in-negozji, tkellem dwar il-bżonn li l-banek jiftħu l-bibien għan-negozji u li negozji żgħar u self employed ikunu mgħejuna permezz ta’ inċentivi fil-VAT.

Dwar l-ambjent, Joseph Muscat qal li l-Gvern se jara li ma jagħmilx hu xi proġett pubbliku maġġuri li jkun fuq art barra z-zona ta’ żvilupp. “Nifhmu u nitgħallmu mill-kritika li ssir” qal il-mexxej Laburista.

Tkellem ukoll dwar il-qasam tas-saħħa u qal li kien hemm problemi fl-aktar affarijiet bażiċi. Per eżempju mediċini out of stock, fejn Gvern Nazzjonalista kien jgħid lin-nies li ma jsibux mediċina biex imorru jixtruha, umbagħad xi darba jingħataw flus lura.  Problemi li ħaddieħor kien jaqta qalbu minnhom, qal Muscat, solvejnihom, u fil-ħin. Il-prinċipju li jemmen fih Gvern Laburista huwa saħħa b’xejn għal kulħadd.

Fakkar fil-progress li sar fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, b’mod partikolari bl-għeluq tal-power station taħdem bl-aktar żejt li jniġġeż.

Tkellem fuq it-trasport u qal li għandu jkun b’xejn lil studenti kollha, u b’superviżjoni. It-trasport pubbliju jibqa b’xejn u jsir investiment modern fl-infrastruttura u t-trasport għal pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend