Multa wara botta u risposta fuq ktieb – One News

Notifiki

Multa wara botta u risposta fuq ktieb

Awtur ta’ ktieb weħel multa ta’ mitt ewro wara li bi kliemu hedded liċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri.

Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, ġie spjegat li Andrew Gerald Sciberras kiteb lil Camilleri fejn qallu li se jġagħlu jibla’ snienu minħabba li hu deherlu li ċ-Chairman għadda kummenti diskriminatorji fil-konfront ta’ pubblikazzjoni tiegħu.

Wieħed mill-kotba tal-akkużat kellu jiġi ġġudikat għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb iżda ġie allegat li ċ-Chairman tal-Kunsill kien diġà żeblaħ il-ktieb tal-akkużat permezz ta’ kummenti fuq facebook.

Intqal ukoll li b’reazzjoni għat-theddid tal-awtur, iċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb wieġbu permezz ta’ email u offrielu għajnuna psikoloġija.

Min-naħa tiegħu, l-akkużat argumenta li din it-tweġiba kienet malafamanti iżda l-Qorti ddeċidiet li ma kienx il-każ għalkemm aċċennat li Mark Camilleri għandu kariga għolja li naturalment tirċievi kritika minn diversi naħat.

Meta sema’ l-partijiet konċernati, il-Maġistra ordna multa u talab lil Sciberras ma jersaqx lejn Camilleri għal sena inkella jeħel multa ta’ elfejn ewro.

Fi tmiem l-għoti tas-sentenza, iż-żewġ persuni ħadu b’idejn xulxin qisu qatt ma kien xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend