Raġel ta’ nazzjonalità Rumena sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jagħmel xogħol fuq vapur fit-tarzna f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23:30 fit-tarzna fit-Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.
Ir-raġel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn xi pjanċi tal-ħadid. Huwa kien assistit fuq il-post minn membri tal-Protezzjoni Civili u tim mediku.
Ir-Rumen ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza għal kura u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-istħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett għadu għaddej.