It-toroq Maltin jaraw inqas inċidenti

L-ammont ta’ inċidenti fit-toroq li kienu rraportati lill-awtoritajiet naqsu b’5.6% bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, meta mqabbel mal-istess tliet xhur ta’ sena qabel.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kien hemm 3,508 inċident irraportat, jiġifieri 39 inċident kuljum. Dawk li sfaw midruba jew maqtula b’inċidenti ta’ traffiku naqsu bi 13.7% meta mqabbel mal-2016.

Minn 403 persuna midruba jew li tilfet ħajjitha, 244 kienu sewwieqa. L-iktar jum li fih jindarbu nies huwa nhar ta’ Tnejn, filwaqt li l-ikbar ammont ta’ inċidenti seħħew nhar ta’ Ġimgħa.

Il-Ħadd huwa l-aktar jum li fih inċidenti jirriżultaw f’nies li weġġgħu jew mietu. L-ikbar ammont ta’ inċidenti seħħew f’Birkirkara, segwit mill-Mosta u Ħal Qormi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend