Il-volontiera tal-Partit Laburista lesti – One News

Notifiki

Il-volontiera tal-Partit Laburista lesti

Huma mijiet dawk li tul is-sena jiddedikaw ħinhom għall-Partit Laburista, voluniera u Kumitati li f’ dan iż-żmien ta’ kampanja elettorali jirrankaw iktar il-ħidma tagħhom, fejn is-sigħat li jiddedikaw għal Partit jirduppjaw jekk mhux jittriplaw.

Xogħol minn wara l-kwinti, li mingħajru il-kandidati, esponenti u saħansitra l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jkunux jistgħu iwasslu l-messaġġ tagħhom- tal-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.

Kien għalhekk li waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Prim Ministru, fl-ewwel jum tal-kampanja kien li jiltaqa’ magħhom u jirringrazzjhom tad-dedikazzjoni. Filwaqt li ħeġġiġhom jaħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jkun jista’ jwassal l-għażla lill-poplu Malti u Għawdxi- l-għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil.

Kellimna lil voluntiera minn diversi dipartimenti fosthom mil-loġistika li jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-massa kollha tul il-kampanja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend