Il-Prim Ministru dwar l-ewwel deċiżjoni li jieħu jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru dwar l-ewwel deċiżjoni li jieħu jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja

Il-Prim Ministru  għandu ħsieb ċar ta’ xi jkunu l-ewwel deċiżjonijiet tiegħu jekk fit-3 ta’ Ġunju jerġa’ jkun elett Prim Ministru. Wieġeb dwar dan fil-programm Dissett l-Erbgħa filgħaxija.

“Nibdew id-diskussjonijiet mal-imsiehba socjali dwar l-implimentazzjoni tal-festi pubbliċi, u nagħtu mbuttatura kbira lill-progetti tal-housing u r-riforma fil-qasam tal-kera,” qal il-Prim Ministru.

F’Dissett, il-Prim Ministru nnota kif Simon Busuttil għadu qed jaħrab il-konfront, imma fil-verità id-deċiżjoni tal-poplu għall-elezzjoni hija waħda ċara bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil: min se jkun il-Prim Ministru li jieħu d-deċiżjonijiet għall-pajjiż.

Innota kif fit-tielet ġurnata tal-kampanja elettorali, il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu qed jitkellem dwar suspetti u ħsibijiet, filwaqt li hu qed jitkellem fuq kif se jirranġa t-toroq, inaqqas it-taxxa, jingħataw il-festi pubbliċi lura u proposti oħra.

“Għidli liema Gvern ta lill-ħaddiema bil-minimum wage – bonus ta’ €340. U dak li qed nipproponu li nagħmlu, u mhux biss naqtgħu it-taxxa għall-middle class. Minimu ta’ €200 għal kul min jaqla’ sa €60,000 fis-sena, imma wkoll llum ma jħallasx taxxa nibagħtulu ċekk id-dar u ngħidulu dan sehmek mill-ġid li ħloqna fil-pajjiż,” wieġeb Muscat.

Tenna li dawn il-proposti jkomplu ma dak li diġà nbeda fis-snin li għaddew, mingħajr tattiċi u skossi.

“Jien ma kellix bzonn li noqgħod nagħmel baġit inroxx, għax f’erba’ snin illi għamilna fil-Gvern, fl-ebda baġit ma sawwatt lin-nies. F’kull baġit tajt xi ħaġa lin-nies. Allura qatt ma ġietni f’moħħi li niġi fl-aħħar baġit biex nagħtu lin-nies xi ħaġa lura. Dak il-punt ukoll spiċċa minnu nnifsu, u dak li qed inwiegħdu, il-proposti tagħna huma proposti li huma costed. Tat-taxxi €46 miljun, tat-toroq €700 miljun. Kollha costed u li jaffordjaw l-ekonomija,” qal il-Prim Ministru meta wieġeb b’mod dirett għal kull domanda li saritlu.

U filwaqt li tenna l-ħidma tal-Gvern u xejjen l-akkużi infondati tal-Oppożizzjoni, fakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni stess għandu problema ta’ kredibbiltà u trasparenza. Il-Prim Miniżtru fisser: “Mela mhux fatt li sitwazzjoni li Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista jikru id-dar ċentrali, jiffinanzjaw meta dawn ma jirriflettux regoli. Mhux il-fatt innifsu l-iktar li nikkritika. L-ipokrezija tal-kap tal-oppożizzjoni: li jiġi hawn jitkellem qisu qaddis u taħsbu ħa jitla’ s-sema, u niġu għas-si u n-no, u mbad ċedoli, db invoices foloz, u ħoloq sistema biex jieħu flus parlament Ewropew. Għalija l-ipokrezija l-iktar ħaġa importanti.”

Filwaqt li ammetta li l-Gvern seta’ għamel ferm iżjed f’aspetti bħall-housing, tenna li jħares biex il-ħidma tkompli fil-jiem li ġejjin, b’iktar proposti favur il-poplu Malti u Għawdxi.  “Jien qed nistenna li ħa nkomplu nitkellmu prioritajiet. Niffukaw x’nagħmlu. Proposti housing, ir-renti, is-soċjal, imma wkoll kif se nkomplu nkabbru l-ekonomija. Il-poplu għandu għazla ċara, Joseph Muscat jew Simon Busuttil,” qal Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend