Busuttil imbeżża’ mill-għażla tal-poplu – One News

Notifiki

Busuttil imbeżża’ mill-għażla tal-poplu

  • L-għażla hija bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil
  • Għażla ċara għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna

Fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali, Simon Busuttil reġa’ qed jibża’ mill-għażla tan-nies  bejnu u bejn Joseph Muscat. Qed jibża’ għax filwaqt li Joseph Muscat dalgħodu stess preżenta ħames prijoritajiet tal-manifest elettorali.

Dawn il-prijoritajiet huma inqas taxxa u aktar flus fil-bwiet, aktar saħħa lill-pensjonijiet , isiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna, jingħataw il-festi pubbliċi lura lill-ħaddiema u aktar familji isiru sidien ta’ djarhom; Simon Busuttil reġa’ infexx fl-istess attaki mingħajr preżenta proposta waħda.

Dan kien kliem il-Partit Laburista li fi stqarrija spjega li l-għażla hija ċara bejn Prim Ministru proattiv , pożittiv li jipproponi d-direzzjoni għall-pajjiż b’sostenn ta’ team magħqud li jmexxi l-ekonomija ta’ pajjiżna b’kompetenza u stabilita’  u Simon Busuttil li hu negattiv u falz, li jinfexx f’attakki personali , mingħajr proposti u viżjoni għall-pajjizna  u għandu koalizzjoni ta konfużjoni li ma tistax tmexxi b’kompetenza u stabilita’ l-ekonomija tal-pajjiż.

Għalhekk l-għażla hija ċar għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. – PL

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend