Mijiet ta’ sportivi jiċċelebraw l-ewwel ta’ Mejju – One News

Notifiki

Mijiet ta’ sportivi jiċċelebraw l-ewwel ta’ Mejju

L-ewwel ta’ Mejju ma jiċċelebrawhx il-ħaddiema biss, iżda anki mijiet ta’ sportivi, li f’xemx taqli l-ankri nġabru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq biex jieħdu sehem f’xi waħda mid-diversi attivitajiet li hemm għaddejjin matul il-jum.

Dan biex bil-għan li aktar nies ikunu konxji kemm l-attività fiżika tiġġieled l-obeżità, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq ittellgħet it-tielet edizzjoni tal-Open Day organizzata minn Sport Malta.

Ġurnata msejsa fuq attivitajiet varji li jolqtu persuni ta’ kull età, fosthom line dancing, żfin, zumba, aquafitness, tournament tal-waterpolo, u tlielaq tal-għawm.

Din l-attività serviet ukoll biex dawk li attendew setgħu japplikaw għall-programm Summer on the Move elfejn u sbatax.

Programm li qed jiġi offrut f’diversi ċentri madwar Malta u li din is-sena reġà wessa’ d-dixxiplini t’attivitajiet fiżiċi.

Sa issa diġà applikaw 900 persuna.

Chris Agius innota li l-investiment li sar fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq qed jitgawda għall-ewwel darba biex min jużaha, igawdi minn faċilità tal-ogħla livell.

Konxju ta’ kemm l-isport marbut mal-ilma f’pajjiżna kiber tul is-snin, tenna li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jinvesti f’aktar faċilitajiet.

Filfatt ħabbar kif nhar il-Ġimgħa se tkun okkażjoni oħra kbira fejn se jkunu varati l-pjanti kif ukoll it-tenders ta’ pixxina indoor Olympic-sized pool fil-Kottonera.

Biex fi kliem Chris Agius, l-ewwel ta’ Mejju huwa jum li fih qed jiġi ċċelebrat is-suċċess li sar fil-qasam tal-isports f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend