Il-President taċċetta l-parir tal-Prim Ministru għall-elezzjoni ġenerali – One News

Notifiki

Il-President taċċetta l-parir tal-Prim Ministru għall-elezzjoni ġenerali

 

Illum, l-1 ta’ Mejju, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, rċieviet lill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha, bis-subartikoli (1) u (5) tal-Artikolu 76 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, avżat u ipproklamat illi, il-Parlament ta’ Malta jkun xolt, u ġie xolt mill-lum, l-1 ta’ Mejju 2017.

Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha,stabbillixiet id-data tat-3 ta’ Ġunju 2017,bħala ż-żmien meta għandha tinżamm Elezzjoni Ġenerali tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.

Il-President ta’ Malta llum rċieviet ukoll fil-Palazz ta’ Sant’Anton lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church, u permezz ta’ writ, a tenur tal-Att tal-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, inkarigat lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church, u lis-Sur Mario Callus, lill-Dott. Noel Cutajar, lis-Sur Paul Sammut, lis-Sur Salvu Sant, lill-Dott. Victor Scerri, lis-Sur Joseph Scicluna, lill-Dott. Raymond Zammit u lill-Dott. Joe Zammit Maempel, bħala Kummissjonarji Elettorali biex jieħdu ħsieb li ssir elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati, skont il-liġi, għall-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames, is-Sitt, is-Seba’, it-Tmien, id-Disa’, l-Għaxar, il-Ħdax, it-Tnax u t-Tlettax id-Distrett Elettorali.

Il-President ta’ Malta rċieviet ukoll illum, lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, u infurmatu b’dawn l-iżviluppi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend