“Simon Busuttil ammetta li qata’ qalbu li n-nies se jagħtuh aktar fiduċja minn Joseph Muscat” – One News

Notifiki

“Simon Busuttil ammetta li qata’ qalbu li n-nies se jagħtuh aktar fiduċja minn Joseph Muscat”

Bl-appell tiegħu lid-Deputati Laburisti biex ineħħu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, Simon Busuttil ammetta li qata’ qalbu li xi darba n-nies ser jagħtuh aktar fiduċja minn Joseph Muscat.

Il-Partit Laburista qal li n-nies ma jafdawx il-koalizzjoni ta’ konfużjoni meta jaslu biex jagħżlu bejn Simon Busuttil u Marlene Farruġia u Joseph Muscat u Edward Scicluna biex imexxu l-ekonomija u d-direzzjoni  tal-pajjiż. Simon Busuttil lanqas kapaċi iżomm id-direzzjoni tal-koalizzjoni ta’ konfużjoni tiegħu stess, aħseb u ara kemm  jista’ jiġi fdat bid-direzzjoni tal-pajjiż.

L-istqarrija tal-Partit Laburista Simon Busuttil jista’ joffri biss kaos, negattività u attakki personali.

Dan il-Gvern biss jista’ joffri żieda fil-minimum wage, żieda fix-xogħol, kontijiet orħos filwaqt li seħħet il-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass, żieda fil-pensjonijiet  u fl-istipendji  filwaqt li pajjiżna jirreġistra l-ewwel surplusf’dawn l-aħħar 35 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend