“Il-poplu mhux se jagħżel jieqaf f’nofs triq” – JM – One News

Notifiki

“Il-poplu mhux se jagħżel jieqaf f’nofs triq” – JM

“F’ dik li kellha tkun u kienet l-iktar ġimgħa li fiha ġejna attakkati b’ gideb bla skrupli, illum għandna l-konferma li dan il-moviment u dan il-gvern għadu u se jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”

Il-Poplu Malti u Għawdxi jaf x’direzzjoni irid li pajjiżna jaqbad saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu tad-diskors tiegħu waqt attivita politika fiċ-ċentru Laburita fin-Nadur.

 “Is-sodisfazzjoni li ħassejt għat-turija tant kbira ta’fiduċja meta waddbulna kollox għalina turi kemm il-poplu Maltin u Għawdxi verament jgħaraf l-affarijiet”

 Qalb il-folla numeruża Muscat stqarr fuq l-importanza li nissokktaw nitkellmu ma’ kulħadd, nitkellmu dwar it-tajjeb u l-ħazin u meta tasal is-siegħa tal-għażla, l-poplu ma jagħżilx li jieqaf nofs triq izda li jkompli miexi ‘l quddiem.

 “Inkomplu naħdmu u nkunu umli mingħajr ma tikbrilna rasna. Aħna xorta nibqgħu l-underdogs”

Kap tal-Oppiżizzjoni b’ karattru politiku dgħajjef

Il-Prim Ministru fakkar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni ġab kriżi fuqu nnifsu għax irċieva SMS- b’referenza għall-flus mgħotija lilu mill-grupp DB.

L-istess żball reġa’ għamlu Busuttil meta qagħad fuq dak li qaltlu persuna li hi rikonoxxuta li ipprovat tiffroda lil bank.

Dan hu l-istess kap tal-Oppozizzjoni li daħħal l-iskema taċ-ċedoli biex idur mal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, fakkar Muscat. Kap li pprova jiffroda billi ħareġ invoices foloz għal finanzjament illegali. Kap li ma marx il-qorti biex ikun investigat kif għamel Muscat, anzi mar il-qorti biex iżomm lill-Kummissjoni Elettorali milli tinvestigah għal ksur tal-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.

 “Jekk ma jridx ikun investigat, xgħandu x’jaħbi l-Kap tal-Oppożizzjoni?”

 Iżda dan ma kienx bizzejjed, innota l-Prim Ministru, għaliex issa kif irrappurtat fil-gazzetta Kullħadd qed jiksru r-regoli tal-Parlament Ewropew meta l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti qed jgħaddu l-flus li jingħataw għall-uffiċini f’ Malta dirett lill-PN.

 “Jekk irid juri li mgħandux xjaħbi għandu jmur hu stess jirraporta ħa tkun investigata. Għax jien meta kont akkużat mort jien stess nirrapporta. Naraw x’ħa jagħmel Busuttil!”

Muscat saħaq li b’rabta mal-inkjesta maġisterjali dwaru, jixtieq li  r-rapport joħroġ “IL-BIERAĦ QABEL GĦADA” biex toħroġ il-verita.

 “Mgħandi l-ebda problema, bil-lejl norqod b’rasi mistrieħa”

Wara 27 ta’ friża irnexxilna nżidu l-paga minima

“Kemm nieħu pjaċir meta nqabbel is-sitwazzjoni issa ma’ dik li kienet fl-ewwel ġimgħa tagħna fil-gvern”

 Il-Prim Ministru stqarr li issa l-problema hi li min iħaddem ma jistax isib iktar nies biex jaħdmu għax ftit huma n-nies qegħda. Dan ikkuntrastah mas-sitwazzjoni fl-ewwel ġimgħat tal-gvern meta kien affaċjat b’ negozjanti jheddu li se jkeċċu n-nies. Ir-roadmap ma ħallejnijiex fuq l-ixkaffa, stqarr Muscat, imma qed taħdem.

 “Ir-rota ma ddurx biż-żiffa tar-riħ, ir-rota ddur jekk ikollok gvern li jaħdem u investituri li jiġu bil-fiduċja”

 Il-Prim Ministru spjega kif mhux il-minimum wage biss żdiedet, iżda kulħadd se jerġa’ jieħu żieda oħra barra dik tal-għoli tal-ħajja.

B’hekk f’ dawn l-aħħar 4 snin kull Malti se jkun ħa żieda, ħallas kontijiet orħos u se jkun qed iħallas iktar taxxi fakkar il-mexxej tal-Partit Laburista.

Jekk kulħadd ikun megħdi fuq il-qlajjiet, tintilef din il-fiduċja wissa’ Muscat.

 “Kemm nieħu pjaċir nara li ż-żgħir qed nerfawh ‘il fuq u qed noħolqu middle class f’idha”

Pajjiżna għalaq darba għal dejjem il-vit taż-żejt

Meta din il-ġimgħa spiċċa darba għal dejjem l-użu taż-żejt biex tkun iġġenerata l-ekonomija pajjiżna temm tlett affarijiet qal Muscat. Dan għaliex iż-żejt li kien ifisser: it-tniġġis, kontijiet għolja u korruzzjoni ta’ veru.

“Kemm hawn min jixtieq li jerġa’ jinfetaħ dak il-vit, iżda l-poplu Malti u Għawdxi dak il-vit għalqu darba għal DEJJEM”

Jekk nieqfu nofs triq dak li gwadanjana jintilef kollu

Ir-riżultati tal-gvern ġew bl-istabilita u l-kredibilita, għaliex dak li twiegħed twettaq. Għalhekk fisser il-Prim Ministru, jekk il-pjan tal-Partit Laburista fil-gvern jieqaf nofs triq mill-att ekonomiku se jkun hemm riperkussjonijiet kbar.

“Jekk l-ekonomija ma tkompliex taħdem, addio xogħol, surplus, tnaqqis fit-taxxa, kontijiet orħos!”

Il-koalizzjoni tal-konfużjoni hija farsa nazzjonali

Il-koalizzjoni tal-konfuzjoni qed itellef lil Għawdex minn wieħed mill-ikbar investimenti li qatt ġew fil-gzira stqarr Muscat.

Iżda mhuwiex se jħalli li dan isir. Il-Prim Ministu għamilha ċara li mhux se jħalli l-koalizzjoni tal-konfużjoni jattakkaw l-istabilita tal-pajjiż, jirriskjaw il-postijiet tax-xogħol li għadhom iridu jinħolqu, jew jipperikolaw ż-żidiet li jrid ikompli jagħti lill-penzjonanti.

“L-għażla hi sempliċi: fuq ix-xogħol u fuq l-ekonomija – fuq il-flus fil-but tal-familji.”

Filwaqt li appella għall-kalma fost kulħadd, fakkar kif hu għadu jippersisti li nevitaw il-battalja tribali tal-aħmar kontra l-blue. Għaliex l-iktar ħaġa kruċjali tibqa’ l-għaqda fost il-pajjiż. Dan hu l-mument tal-prova li minflok naljenaw lin-nies u naqsmu lil poplu, ningħaqdu u naħdmu flimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend