95% INQAS JISTENNEW OPERAZZJONI – One News

Notifiki

95% INQAS JISTENNEW OPERAZZJONI

Il-lista ta’ stennija fost pazjenti li kienu ilhom jistennew operazzjoni għal aktar minn sena u nofs naqset b’ 95%. Fadal biss 1,000 pazjent fost dawk li ilhom jistennew aktar minn sena u nofs għal operazzjoni. Ħabbar dan il-Ministru Chris Fearne meta żar id-dipartiment li fih isiru l-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.

Dipartiment li beda jagħmel operazzjonijiet il-Ħadd minn sena ilu, inizjattiva li ħalliet il-frott hekk kif kienet waħda mill-inizjattivi tal-Gvern biex il-lista ta’ stennija tonqos. Fil-fatt sa issa saru madwar 2,500 operazzjoni minn meta ġiet introdotta din il-miżura. Operazzjonijiet li saru fi sfond ta’ żieda u aktar talbiet għal operazzjonijiet fi sptar Mater Dei, fil-fatt f’Marzu biss saru 4,938 operazzjoni, jiġifieri medja ta’ 160 operazzjoni kuljum biex b’hekk ġiet irreġistrata żieda ta’ 10%.

Dan ifisser li Gvern Laburista rnexxilu jnaqqas il-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei bin-nofs hekk kif taħt amministrazzjoni preċedenti din il-lista kienet ta’ aktar minn 28,000 pazjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend