FILMAT: BFA ma jaħlifx għas-suppost whistleblower – One News

Notifiki

FILMAT: BFA ma jaħlifx għas-suppost whistleblower

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qed jibbaża l-politika fuq il-ħabiba tiegħu Daphne Caruana Galizia, deskritta bħala frodista tal-verità, li minn naħa tagħha qed tibbaża l-akkużi tagħha fuq xi ħadd akkużat bi frodi.

Fil-fatt fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu kien diġa’ bagħat lil Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi jagħmlu konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li Caruana Galizia kitbet tard il-Ġimgħa filgħaxija u għalkemm kellhom ħafna x’jallegaw kienu skomdi meta mitluba jorbtu l-karriera tagħhom mal-kredibbiltà ta’ din il-mara.

Iżda, dwar min hi rrapportaw il-gazzetti u kien innotat mill-Partit Laburista. Bid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona jagħmel konklużjoni ċara.

Iktar minn hekk, innota l-Ministru Edward Zammit Lewis, Simon Busuttil bagħat jitkellmu fuq il-każ lil Beppe Fenech Adami, hu nnifsu investigat mill-FIAU u l-Jason Azzopardi b’rapporti tal-awditur ġenerali kundannabbli wara daru. Dan kollu jkompli juri x’tip ta’ karattru hu Simon Busuttil.

Mal-ħin u iktar ma beda jkun espost fuq min kien qed jorbot il-kampanja tiegħu Simon Busuttil, fid-Dar Ċentrali beda jirrenja l-paniku tant li l-ġurnalisti ssejħu għal darb oħra.

Reġgħu bl-istess akkużi. Iżda, għal darb oħra l-karriera tagħhom qagħdu attenti li ma jorbtuhiex ma’ dak li qed tgħid din il-mara ta’ nazzjonalita Russa li l-Qorti tafha għax tmur hemm bħala akkużata.

Hawn reġa’ rreaġixxa l-Partit Laburista li f’konferenza tal-aħbarijiet oħra nnota kif din l-istess mara kienet akkużata l-Qorti li għamlet akkużi foloż fil-konfront ta’ Supretendent u żewġ spetturi.

Dwar dan Beppe Fenech Adami kien mistoqsi wkoll iktar qabel u ma kienx komdu jwieġeb.

Fuq kollox Beppe Fenech Adami, li għajjar lil Partit Laburista li jrid joħnoq il-liberta tal-whistleblower iddeskriva bħala pupazzi l-ġurnalisti li esponew il-verita dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend