Wegħda elettorali oħra mwettqa; ċentru ġdid għaż-żgħażagħ li jiskontaw sentenza ħabs – One News

Notifiki

Wegħda elettorali oħra mwettqa; ċentru ġdid għaż-żgħażagħ li jiskontaw sentenza ħabs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru ġdid, magħruf bħala CoRRs għas-servizzi korrettivi għal residenti tfajliet u ġuvintur taħt il-21 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.

Minkejja li l-fondi Norveġiżi għal dan il-proġett, li jammontaw għal €1.4 miljun, ngħataw fl-2009, kien Gvern Laburista li ħa d-deċizjoni li dan il-proġett jinbeda u fi żmien sena intemm b’suċċess.

Il-Prim Ministru stqarr li dan il-proġett jagħtih sodisfazzjon għaliex jimmarka l-bidu ta’ kapitlu ġdid għall-ġustizzja riparatriċi f’pajjiżna u huwa riżultat li juri l-bidla fil-mentalita u kultura tal-Gvern u l-mod kif iħares lejn min xellef diffrejh mal-liġi. Il-Prim Ministru rrimmarka li dan il-proġett huwa wieġed mill-eżempji ta’ kif dan il-Gvern ħa d-deċiżjonijiet li amministrazzjoni preċedenti ħalliet fuq l-ixkaffa u wettaq dak li wiegħed.
“Sibna deċiżjoni li ma riditx tiġi meħuda imma li ttieħdet. Sodisfazzjon li se tkun qed tingħaqad ma’ sensiela ta’ inizjattivi li ttieħdu fi żmien rekord,” spjega l-Prim Ministru.

Dan il-post inbidel minn wieħed ta’ kundanna għal ambjent xieraq għal żgħażagħ li qed jirriformaw ruħhom, qal Muscat, li kellu messaġġ ta’ kuraġġ għal dawn iż-żgħażagħ u appellalhom biex jemmnu fihom infushom.

Huwa fakkar li matul dawn is-snin Gvern Laburista kellu l-kuraġġ li jdaħħal riformi, speċjalment fil-qasam tad-droga biex persuni li kienu vittmi ma jiġux ippersegwitati. Iżda elenka dwar il-bżonn ta’ diskussjonijiet oħra fosthom dwar l-użu tal-kannabis u sustanzi oħra, sustanzi li l-aktar qed jagħmlu użu minnhom iż-żgħażagħ biex b’hekk il-politika tal-Gvern tkun ibbażata fuq ix-xjenza u mhux argumenti politiċi.<

Għal ftuħ ta’ dan iċ-ċentru fl-Imtaħleb kienu prezenti l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Presidenza 2017 Ian Borg.
Min-naħa tiegħu Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela irrimarka kif din il-faċilita’ iġġib fis-seħħ wegħda elettorali dik li żgħażagħ taħt il-21 sena ma jibqgħux jiskontaw sentenzi fil-Faċilita’ Korrettiva Kordin jew fl-Isptar Monte Carmeli.

Spjega kif kien inaċċettabli li għal iżjed minn 20 sena residenti żgħażagħ inżammu fl-istess faċilita’ fejn kienu jinżammu dawk adulti. Fakkar li kienet taħt din l-amministrazzjoni li ġuvintur taħt il-21 sena jibdew jiskontaw is-sentenza f’faċilita’ fl-Imtaħleb. Issa, ghall-ewwel darba residenti tfajliet ukoll se jibdew jiskontaw is-sentenza ‘l bogħod mill-Faċilita’ f’Kordin Tkellem kif fl-aħħar sentejn ġie imniedi proġett ambizzjuż u fi żmien rekord ta’ għaxar xhur sar ix-xogħol kollu infrastrutturali fuq binja ġdida għal dawn iż-żgħażagħ fl-Imtaħleb li se sservi ta’ estenzjoni għal parti diġa eżistenti.

Spjega kif flimkien mal-imsieħba Norveġiżi dan il-proġett beda jitwettaq fuq tliett livelli – kostruzzjoni, servizzi terapewtiċi u taħriġ lill-Uffiċjali Korrettivi. Waqt l-intervent tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg saħaq li l-proġett totali ta’ dan kollu sewa madwar €1.6million li minnhom €1.4 miljun huma ffinanzjati mill-Fondi tal-Unjoni Ekonomika Ewropeja u Fondi Norveġiżi 2004-2009. Huwa żied jgħid li grazzi għal dawn il-Fondi, delegazzjoni Maltija setgħet titla żżur servizzi korrettivi simili fin-Norveġja biex tagħti prodott finali tajjeb.

Bħalissa, 11 il-resident taħt il-21 sena kollha ġuvintur qegħdin jiskontaw sentenza karċerarja. Sitta minnhom huma ta’ nazzjonalita maltija u 5 minnhom ta’ nazzjonalita barranija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend