“Taħwid kbir” fil-kumpaniji ta’ Simon Busuttil – One News

Notifiki

“Taħwid kbir” fil-kumpaniji ta’ Simon Busuttil

Il-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet ta ħarsa lejn ir-rapporti tal-Awdituri li saru dwar il-kumpanija li għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jirbaħ t-tenders tal-Gvern. L-Awdituri ma tawx opinjoni u qal li tant hemm taħwid li kienx f’pożizzjoni li jagħti l-opinjoni dwar dawn il-kumpaniji li minnhom Bussutil ried jieħu commissions u senseriji.

Fil-kumpaniji ta’ Simon Busuttil kien irreġistrat dħul iktar minn €32,372 mingħajr dokumentazzjoni ta’ minn fejn daħlu. Fil-fatt l-Awdituri qalu li dan tant hu fattur serju li ma ħassewx li kellhom biżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni dwar il-kumpaniji tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ddistakkar ruħhom.

Rapport ieħor li rrefera għalih Zammit Lewis innota kif l-Awdituri ma bidlux l-opinjoni tagħhom lanqas sena wara. Għal darb’oħra l-Awdituri esprimew it-tħassib serju tagħhom u nnottaw li l-kotba finanzjarji tal-kumpaniji ta’ Busuttil ma kienux konformi. Meta mbagħad wieħed jara d-dokumenti ta’ kumpanija oħra ta’ Busuttil, jiġifieri GS limited, Zammit Lewis innota kif dwar dawn l-Awdituri ndunaw li ebda dokumentazzjoni ma kienet ppreżentata u għalhekk ma setgħux jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Min-naħa tiegħu l-kandidat Laburista Clayton Bartolo nnota t-taħwid kbir li Simon Busuttil għandu fil-kumpaniji tiegħu u saħaq li dan juri kemm lil Busuttil iċ-ċittadini ma jistgħux jafdawh bil-finanzi tal-pajjiż.

Dan ikompli juri il-falzità ta’ Simon Busuttil.

Il-provi li juru li l-Awdituri indipendenti ma tawx opinjoni dwar il-kumpaniji ta’ Simon Busuttil:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend