OPERAZZJONI DIFFIĊLI: in-nirien għadhom ma ġewx kontrollati – One News

OPERAZZJONI DIFFIĊLI: in-nirien għadhom ma ġewx kontrollati

Il-fabbrika C&V Polymers fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Far inħakmet minn nirien fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iżda minkejja li għaddew is-sigħat, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom għaddejjin b’ħidma biex jitfu dawn in-nirien. F’din il-parti tal-fabbrika kien hemm materjal għar-riċiklaġġ. Il-ħaddiema kellhom saħansitra jużaw ir-riserva tal-ilma tal-fabbrika tal-Playmobil biex ikunu jistgħu jlaħqu man-nirien filwaqt li fuq il-post dehru numru ta’ bowsers tal-ilma biex jissupplixxu lill-fire engines.

Ritratt: Andrew Cumbo

Fil-mument li beda jidher id-duħħan minn bosta inħawi, kien hemm in-nies fil-fabbrika iżda b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’. Id-duħħan xorta waħdu għadu jidher minn bosta lokalitajiet.

Jidher li dan kien Ġimgħa filgħodu diffiċli għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend