DALWAQT: L-iffirmar tal-ftehim dwar il-paga minima… nifs għal 5,000 persuna – One News

Notifiki

DALWAQT: L-iffirmar tal-ftehim dwar il-paga minima… nifs għal 5,000 persuna

Is-sigħat li ġejjin se jitniżżlu fil-paġni tal-istorja ta’ pajjiżna hekk kif se jiġi ffirmat il-qbil li se jkun qed iwassal biex madwar 5,000 persuna li bħalissa qed jitħallsu paga minima se jkunu qed jingħataw żieda ta’ €8 fil-ġimgħa mill-2019.

Ilbieraħ ħarġu l-ewwel dettalji dwar dan il-qbil storiku milħuq bejn l-imsieħba soċjali li mħeġġa mill-Prim Ministru qablu fuq bidla li se tkun qed tagħti nifs ġdid lil bosta ħaddiema. Il-Ministru Helena Dalli, spjegat li dan il-ftehim għandu l-għan li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lil eluf ta’ persuni.

Wara l-ewwel sena ta’ impjieg b’paga minima, il-ħaddiem se jirċievi żieda ta’ tlett ewro fil-ġimgħa.  Wara it-tieni sena ta’ impjieg, il-ħaddiem jirċievi żieda ta’ tlett ewro oħra fil-ġimgħa biex b’kollox ikun qed jieħu sitt ewro iktar mill-paga minima wara tlett snin. Dan f’effet mill-ewwel ta’ Jannar elfejn u sbatax.

Spjegazzjoni dwar il-ftehim nazzjonali dwar il-Paga Minima:

Wara sena: +€3 fil-ġimgħa
Wara sentejn: +€3 oħra
Total ta’ €6 żieda
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 

Jiġiefieri, jekk wieħed daħal jaħdem f’Jannar 2017 b’paga minima, f’Jannar 2018 se tibda tibbenefika miż-żieda skont il-ftehim nazzjonali. Iżda, mhijiex din biss iż-żieda. Kull ħaddiem se jirċievi ewro fil-ġimgħa żieda apparti l-COLA li tinħadem kull sena sa mill-2018, u ewro żieda oħra fl-2019. Biex b’hekk sal-2019, il-paga minima tiżdied bi €8 fil-ġimgħa jiġifieri €416.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend