1,000 impjieg ġdid f’erba’ snin f’Ħal Far – One News

1,000 impjieg ġdid f’erba’ snin f’Ħal Far

Fl-aħħar erba’ snin inħolqu elf impjieg ġdid fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far. Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat li għamel f’żewġ kumpaniji, it-Trelleborg u Sterling.

Dawn l-impjiegi nħolqu fid-dawl li aktar kumpaniji qed juru fiduċja u jagħżlu lil Malta biex joperaw in-negozju tagħhom. Il-kumpanija Sterling li timmanifattura mediċini se tkun qed tinvesti €10 miljuni u timpjega 40 persuna oħra. Din il-kumpanija rat il-bidu tagħha fl-2013 taħt Gvern Laburista u llum hija kumpanija ta’ suċċess li se tkun qed tkompli tespandi l-operat tagħha.

Il-kumment tal-Prim Ministru fuq Twitter: 

4years after #SterlingChemicals set up as pharma startup in #Malta, they are announcing €10m expansion doubling employees to almost 100 -JM

— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) April 26, 2017

Il-Prim Ministru insista li m’hu se jħalli lil ħadd itappan jew ixekkel is-settur privat milli jinvesti u jħaddem aktar nies.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend