Kantanta ta’ Fifth Harmony b’tibdila ta’ disinjaturi tal-moda Maltin – One News

Notifiki

Kantanta ta’ Fifth Harmony b’tibdila ta’ disinjaturi tal-moda Maltin

Il-kantanta Ally Brooke, li tifforma parti mill-grupp Fifth Harmony lbieraħ poġġiet ritratt tagħha nnifisha fuq il-midja soċjali liebsa tibdila li ġiet iddisinjata mill-figuristi Maltin Charles&Ron.

Kien propju fuq Instagram li poġġiet żewġ ritratti b’din it-tibdila fejn fuq l-ewwel wieħed, s’issa, għandha aktar minn 89,000 like u kważi elf kumment ta’ tifħir.

It-tibdila li kienet liebsa hi libsa gustuża blu skura b’għadd ta’ kuruni fuqha li libset f’Nashville, Tennessee.

Charles&Ron huma żewġ stilisti Maltin li jinkorporaw il-ħajja Mediterranja fl-iddisinjar tat-tibdiliet li joħolqu.

Għal dawn l-aħħar 14-il sena huma ħadu sehem f’diversi avvenimenti tal-moda prestiġġjużi u saħansitra huma l-moħħ wara t-tifkira li ngħatat lid-delegati minn membri stati oħra għal din il-Presidenza Maltija. Dan hekk kif ġew prodotti madwar 26,000 ingravata u 14,000 xalpa li ħafna minnhom qed jintlibsu wkoll mill-uffiċjali tal-Presidenza Maltija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend