Protesti u arresti f’Pariġi – One News

Protesti u arresti f’Pariġi

Aktar minn 100 mara li huma miżżewġa ma’ uffiċjali tal-Pulizija protestaw f’Pariġi wara l-attakk terroristiku f’Pariġi li ħalla Pulizija mejjet f’Champs Elysees.

Il-grupp ta’ nisa rrabjati protestaw fil-belt jumejn wara li Xavier Jugele sofra minn żewġ sparaturi f’rasu mill-kriminal Karim Cheurfi.

Fi protesta separata, l-Pulizija użaw il-gass tad-dmugħ wara demostrazzjoni li għamlu unions u attivisti f’Pariġi jum qabel l-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet Presidenzjali. Huma bdew jappellaw għal tibdil soċjali li jolqot il-faxex kollha tas-soċjetá.

F’inċident separat, il-midja Franċiża qalet li raġel b’sikkina ġie arrestat f’Gare du Nord. Għexieren ta’ passiġġieri ħarbu minn fuq il-post meta ntebħu x’kien qed jiġri. Il-Pulizija ma kkonfermatx li dan kien każ relatat ma’ terroriżmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend