Brian Tonna jippubblika dokumenti li juru li Egrant tiegħu – One News

Notifiki

Brian Tonna jippubblika dokumenti li juru li Egrant tiegħu

Brian Tonna fi stqarrija xejjen dak li qed tallega Daphne Caruana Galizia. Permezz ta’ stqarrija, preżenta dokumentazzjoni li turi ċar li Egrant hija tiegħu.

Tonna qal li l-kumpanija Egrant tnediet fl-erba’ ta’ Lulju 2013. Spjega li meta tiftaħ kumpanija l-Panama jkollok bżonn żewġ entitajiet jiffirmaw quddiem nutar. Dawn kienu Dubro Limited u Aliator. Fis-disa’ ta’ Lulju waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi, inħarġet share f’isem ATC Administrators Inc. Riżultat ta’ dan, Dubro Limited u Aliator ma baqgħux shareholders tal-korporazzjoni. Isimhom baqa’ jidher fir-reġistru pubbliku iżda ma baqgħux shareholders wara Lulju 2013.

Dan it-tibdil fis-shareholders ikun reġistrat fir-reġistru intern tal-korporazzjoni. Fid-disa’ ta’ Awwissu 2013 Brian Tonna sar is-sid tas-sehem li jirrappreżenta l-kapital kollu tal-korporazzjoni. ATC Administrators baqgħat shareholder ta’ dan is-share fuq bażi ta’ fiduċjarja u f’isem Brian Tonna. Dikjarazzjoni ta’ trust, kif inhu normali f’dan iċ-ċirkostanzi, tnediet fl-istess data. Annessa Tonna bagħat kopja ta’ din id-dikjarazzjoni, iffirmata mill-awtoritajiet rappreżentati ta’ ATC Administrators Inc. Struzzjonijiet iffirmati minn Brian Tonna, bħala sid u benefiċjarju ewlieni, intbagħatu u ġew aċċettati mid-direttur ta’ Egrant biex jibda proċess ta’ dissolviment fid-19 ta’ Jannar 2017, liema proċess issa ġie konkluż.

Brian Tonna qal li ebda dokumentazzjoni oħra ma teżisti jew qatt eżistiet. Il-Korporazzjoni qatt ma nnegozjat, ireċiviet pagament jew kellha kont bankarju. Ebda dokumentazzjoni kif qed ikun allegat setgħat kienet preżentata lil Pilatus Bank jew bank ieħor bil-għan li jinfetaħ kont lill-Egrant . Fi kliem Tonna: “For the record, no such documentation was in fact ever presented”.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-1.pdf” title=”attachment 1 (1)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-2.pdf” title=”attachment 1 (2)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-3.pdf” title=”attachment 1 (3)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-4.pdf” title=”attachment 1 (4)”]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend