“Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla” – Louis Grech – One News

Notifiki

“Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla” – Louis Grech

“Dan il-Gvern jibqa’ relevanti u kredibbli meta bħal dan il-Gvern iwettaq dak li jkun wiegħed. Aħna nħarsu lejn il-futur u naraw li nsaħħu l-ġlieda kontra l-inugwaljanza, kontra l-burokrazija żejda u li nirrevedu l-paga minima Nazzjonali. Gvern Laburista kien u jibqa’ katalist tal-bidla.”

Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru u Deputat Prim Ministru Louis Grech fl-għeluq it-tieni sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali 2017.

Id-Deputat Prim Ministru stqarr li dan il-Gvern irid ikun iġġudikat fuq id-differenza li ġab fil-ħajja tan-nies u d-dinamiżmu fil-pajjiż. Irridu nibnu soċjetà ta aktar kompassjoni u inqas preġudizzji.

Louis Grech tenna li dakinhar tal-elezzjoni in-nies għandhom jistaqsu lilhom infushom jekk l-ekonomija llum hux aktar b’saħħitha minn erba’ snin ilu, jekk hawnx inqas qgħad, jekk il-poplu hux qed iħallas inqas taxxi u jekk wettaqniex il-wegħdi li wegħdna, konvint lir-risposta se tkun iva, spjega Louis Grech.

Id-Deputat Prim Ministru sostna li l-ġid ma ġiex mix-xejn u wara li ħdimna sabiex ikun hawn l-ewwel surplus ekonomiku f’ġenerazzjoni sħiħa, il-ġid li ġej mit-tkabbir ekonomiku qed jitqassam għand il-familji u n-negozji u dan wassal biex illum insiru nafu permezz ta’ statistika tal-Unjoni Ewropea lin-nies fil-faqar naqsu minn 39,000 li writna mill-Gvern l-ieħor, għal 19,000, spjega d-Deputat Prim Ministru.

“Aħna determinati li l-kisbiet li għamilna ma jkunux ta’ darba. Rizultat tal faqar tal-lum juri li l-Gvern irnexxilu jagħti dritt fundamentali tad-dinjità lil dawk l-aktar vulnerabbli” – Deputat Prim Ministru

L-akbar risposta lil avversarji politiċi tagħna hija fl-għaqda

 Fl-aħħarnett, Louis Grech stqarr li bħalissa l-Oppożizzjoni qed tipprova tintimida lill-Gvern u aktar minn qatt qabel qed jippruvaw jnisslu l-biża’ u joħolqu l-firda, iżda l-Partit Laburista għandu memorja storika qawwija li dejjem ħareġ aktar b’saħħtu u magħqud wara attakki ta’ din ix xorta. L-akbar risposta lil avversarji politiċi tagħna hija fl-għaqda, temm jgħid id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend