“L-akbar risposta hija fl-għaqda” – One News

Notifiki

“L-akbar risposta hija fl-għaqda”

“Bħalissa l-Oppożizzjoni qed tipprova tintimida lill-Gvern aktar minn qatt qabel u qed tipprova tnissel biża’ u firda iżda l-partit għandu memorja storika qawwija li dejjem ħareġ aktar b’saħħtu u magħqud wara attakki ta’ din ix xorta. L-akbar risposta lill-avversarji hija fl għaqda,” qal dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Grech appella biex nistennew l-eżitu tal-investugazzjoni b’kalma u mingħajr paniku.

Spjega kif il-ġid ma ġiex mix-xejn u qal kif kellna munita b’żewġt uċuħ bħas-Surplus fuq naħa u faqar fuq naħa oħra iżda l-Gvern għażel tkabbir fuq awsterità. Hu qal li jinsabu determinati li “l-kisbiet li għamilna ma jkunux ta’ darba. Ir-riżultat tal-faqar tal-lum juri li l-Gvern irnexxilu jagħti dritt fundamentali tad-dinjità lil dawk l-aktar vulnerabbli.”

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-Gvern se jibqa’ relevanti u kredibbli meta bħal dan il-Gvern iwettaq ‘il fuq minn 85% tal-manifest elettorali.

“Inħarsu lejn il-futur u naraw li nsaħħu l-ġlieda kontra l-inugwaljanza, kontra l-burokrazija żejda u li nirevedu l-paga minima nazzjonali. Gvern Laburista kien u jibqa’ katalista tal-bidla. Irridu nibnu soċjetà ta’ aktar kompassjoni u inqas preġudizzji. Dakinhar tal-elezzjoni staqsu jekk l-ekonomija hux aktar b’saħħitha llum minn erba’ snin ilu, jekk hawnx inqas qgħad, jekk hux qed tħallsu inqas taxxi u jekk wettaqniex il-weghdi li wegħdna,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru Louis Grech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend